L-Għid il-Ħamsin – Sena B

L-Ewwel Tqarbina

Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju u l-Ħadd, 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tfal subien se jsiru  fid-9.00am, filwaqt li tal-bniet fil-5.00pm. Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla.

Minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud:

  • Il-Quddiesa tat tfal se tkun fl 10.30am segwita b’quddiesa oħra fil-11.30am
  • Filgħaxija se jkollna quddiesa waħda dik tas-7.00pm

Kor Parrokkjali

Il-Kor Parrrokkjali Magnifikat se jibda’ jitmexxa mis-Sinjura Stephania Farrugia Frantz. Filwaqt li nirringrazzjawha li ħadet dan l-inkarigu, nawgurawlha ħafna f’din ir-responsabilita’ l-ġdida. Għaldaqstant il-Kor se jiltaqa’ għada it-Tnejn, fis-7:30pm, fil-Knisja Arċipretali. Il-Membri huma mitluba li jġibu l-file magħhom. Intant dawk li qed juru interess li jingħaqdu fil-kor, se jkunu avviċinati fil-ġranet li ġejjin.

Insaħħu il-Kummissjonijijet fi ħdan il-Parroċċa

Qiegħdin fil-proċess biex insaħħu il-kummissjonijiet fi ħdan il-parroċċa biex nippjanaw għas-sena pastorali li tibda’ f’ Ottubru. Fid-dawl ta’dan qed nagħtu opportunita’ lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom direttament fil-parroċċa f’waħda mill-kummissjonijiet. Ftaħna l-applikkazzjonijiet għal erbgħa kummissjonijiet:

  • Kummissjoni Familja, li l-għan taghha hu fuq il-familji u li wieħed jifhem l-familji ta’ llum;
  • Kummissjoni liturġija, li tgħin fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u paraliturġiċi li jiġu organizzati;
  • Kummissjjoni Żgħażagħ, li taħdem ma’ l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ;
  • Kummissjoni Media u IT: li  tieħu ħsieb il-publikazzjonijiet, il-midja soċjali u materjal relatat ma tixrid ta’ informazzjoni bħal billboards, posters, eċċ.

Inħeġġu li min jaħseb li jista’ jgħin f’ wiehed minn dawn il-kummissjonijiet jew lill-parroċċa, importanti li ma joqgħodx lura, jimla’ l-applikazzjoni u jekk ikollu bżonn iktar informazzjoni  jkellem lill-Arċipriet.

Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ t’a Warda se jergħu jibdew il-laqgħat għall-adoloxxenti mill-eta’ ta’ dawk li għamlu il-griżma, sa 16-il sena. Il-laqgħat isiru nhar ta’ Erbgħa, fis-7.30pm

 Għoti tad-Demm f’Ħaż-Żebbuġ – Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm flimkien mal-Kunsill Lokali, u l-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ jixtiequ jistiednu lir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ, biex nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju  jersqu u jagħtu d-demm fil-mobile blood donation unit li dakinhar mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ġibu magħkom l-karta tal-identità.

Il-Ġabra tal-ġimgħa l-oħra b’rizq is-Seminarju laħqet is-somma sabiħa ta’ €2320 ( +€ 125 mis-Santwarju tal- Qalb ta’ Gesu). Grazzi!

Leave a Reply