Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Il-Ħadd, 5/10, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm.

Infakkru li matul ix-xahar ta’ Ottubru fil-Knisja Arċipretali tingħad it-talba tar-Rużarju fis-6.00 ta’ filgaħxija quddiem Ġesù Ewkaristija u tingħata l-barka sagramentali qabel il-quddiesa. Il-Papa qiegħed jagħmlilna sejħa biex noffru din it-talba għażiża matul dan ix-xahar għall-Paċi fid-dinja. Inħeġġukom biex fil-familji tagħna nitolbu ir-rużarju, nilqgħu l-appell tal-Papa u flimkien nissieħbu miegħu f’din l-intenzjoni fit-talb tagħna.

Laqgħa tal-Grupp Padre Pio

L-Erbgħa 8 ta’ Ottubru jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Padre Pio li tibda bir-rużarju fis-6.00pm u tkompli bil-quddiesa ta’ filgħaxija.  

Qrar bi ġreparazzjoni għall-Griżma ta’ l-Isqof

Din il-ġimgħa l-adolexxenti bniet li ser jagħmlu l-Griżma ikollhom il-qrar fiċ-Ċentri fejn jattendu kif avżati. Inħeġġeġ lill-ġenituri biex jinkoraġġixxu lil uliedhom iħejju ruħhom u jsersqu għall-qrar qabel il-Griżma.

Festa ta’ San Franġisk

Il-Ħadd li ġej 12 ta’ Ottubru, b’rabta mal-festa ta’ San Franġisk li l-Knisja iċċelebrat fl-4 ta’Ottubru, fil-quddiesa tad-9.30am ser isir it-tberik tal-annimali.  Għalhekk nistiednu lit-tfal biex dak inhar iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku. Il-quddiesa tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din iċ-ċelebrazzjoni qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. 

Tibdil fil-Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd

Minn nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Ottubru filgħaxija, ser jibda jkun hawn quddiesa waħda filgħaxija u din ser tibda tkun fis-6.30pm (flok fis-7.00pm).  Meta tkun ser issir quddiesa bil-magħmudija tkun fil-5.00pm.

Coffee Morning

It-Tlieta 14 ta’ Ottubru ser issir Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-sala tas-Sorijiet, fid-9.15am. Booking għand il-membri tal-grupp tal-fundraising.

Ġabra Speċjali

Fl-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħuna Mikiel Abela, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.