Sittax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin

Għada l-Ħadd (19/07) għall-quddiesa tal-familja tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet b’rabta ma’ Jum in-Nanniet, qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju.

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Festa ta’ San Ġużepp

Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp: 

  • It-Tnejn (20/07) fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
  • Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu jiem tat-Tridu. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun bil-prietka minn Dun Joseph Attard. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
  • Is-Sibt, l-aħħar jum tat-Tridu, fis-6.00pm isir l-Ewwel Għasar kantat u tingħad il-kurunella. Fis-6.30pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.
  • Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am issir il-quddiesa solenni li se tkun immexxija mill-Arċipriet, bil-paniġierku minn Mons. Brendan Gatt. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. 

Ilbies xieraq għall-Knisja

Nagħmlu appell biex matul il-jiem tas-sajf fil-knisja niġu lebsin b’ilbies xieraq, b’rispett u qima li jixirqu lid-Dar ta’ Alla.

Nitolbu għal ħutna Alfred Dalli, Vivienne Dimech u Rita Mifsud, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.