Solennita’ ta’ Kristu Sultan – Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Kristu Sultan

Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, l-Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu.

Laqgġa ta’ Riflessjoni

Nhar it-Tlieta (28/11), bi preparazzjoni għal-Liturġija tal-Ħadd, ikollna l-ewwel laqgħa ta’ riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali. Il-laqgħat ikomplu kull nhar ta’ Tlieta fil-ġimgħat ta’ wara matul l-Avvent.

Laqgħa għall-Għarajjes

Nhar il-Ġimgħa li ġej (1/12) se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla. Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, fis-7.30pm.

L-Avvent u tberik tal-girlandi

Minn nhar il-Ħadd (3/12) nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent bi preparazjoni għall-Milied.

Matul is-Sibtijiet tal-Avvent, fil-4.45pm qabel il-quddiesa, nitolbu flimkien it-talba tal-Għasar. L-Għasar huwa t-talba uffiċjali tal-Knisja għal filgħaxija.   

Fil-quddiesa tad-9.30am tal-Ħadd isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ

Il-Ħadd filgħaxija nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom fil-bidu ta’ dan iż-żmien tal-Avvent.

Attivita’ Djoċesana

Se tiġi organizzata attivita’ djoċesana għat-tfal kollha flimkien mal-Arċisqof, nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fil-Kalkara mis-6.00pm sat-8.00pm. Il-parroċċa tagħna se torganizza trasport għat-tfal li jixtiequ jattendu għal din l-attività u se jkun hemm min jieħu ħsiebhom. Il-ġenituri li uliedhom huma interessati li jattendu magħna, jekk jogħġobhom jimlew id-dettalji jew fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa.

Nitolbu għal ħutna Andreana Conti, Paul Abela, Helen Aquilina u Mary Brincat li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.

Leave a Reply