Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena Ċ

Il-Wasla tal-Maġi

Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar, qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €1,407 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għall-Kċina ta’ Marta.

Laqgħa Grupp Padre Pio

It-Tlieta (07/01) jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm bir-Rużarju.  

Ġabra b’riżq id-Dar tal-Providenza

Il-ġbir li sar b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-sena fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra li fihom isir il-quddies, laħaq is-somma ta’ €13,378 (€9,969 mill-Knisja Parrokkjali, €724 mis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, €310 mill-Knisja tal-Grazzja, €175 mill-Knisja ta’ Ħal Muxi u €2,200 oħra). F’isem id-Direttur Mons. Martin Micallef, nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Sena tal-Ġublew

Il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar se nagħtu bidu għall-attivitajiet li se jsiru fil-parroċċa marbuta mas-Sena tal-Ġublew. Dakinhar se jsir pellegrinaġġ mill-Kappella ta’ Santu Rokku għas-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù. F’dan il-pellegrinaġġ se jieħdu sehem ħutna nsara Kopti li jiltaqgħu regolarment fis-Santwarju. Il-pellegrinaġġ jibda fil-5.30pm mill-Kappella ta’ Santu Rokku sas-Santwarju fejn issir adorazzjoni bis-sehem tal-Kopti u wara jkun hemm quddiesa. F’dawn il-ġranet se jitqassam fuljett fi djarkom b’dawn l-attivitajiet li se jsiru fil-parroċċa u xi informazzjoni dwar il-Ġublew tat-Tama.

Coffee Morning

It-Tlieta 14 ta’ Jannar fid-9.30am se jsir Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Biljetti mingħand il-helpers tal-grupp tal-fundraising.

Nitolbu għal ħutna Maria Abela, Ġuża Schembri, Godwin Grech, Charles Farrugia u Patri Charles Delia SJ,  li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.