Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sad-19 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna.

Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti ż-żewġ ġenituri, peress li l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minnhom it-tnejn quddiem saċerdot jew min ikun qiegħed jaqdi fl-uffiċċju parrokkjali.

Festa tat-Twelid tal-Madonna

It-Tlieta 8 ta’ Settembru, niċċelebraw il-festa tat-Twelid tal-Madonna – il-Vitorja. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Infakkru li dakinhar filgħaxija ikun hemm ukoll quddies fis-6.15pm fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù u fis-7.00pm fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja.  

L-Erbgħa jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju meditat fil-Knisja Arċipretali u wara tkompli bil-quddiesa ta’ filgħaxija. 

Attivita’ għat-Tfal

It-Tlieta 15 ta’ Settembru se nkunu qed norganizzaw l-aħħar attività tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.00pm sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija jew jirreġistraw minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Nitolbu għal ħuna Anthony Grech, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.