Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Anniversarju Leġjun ta’ Marija

Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru, fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù se jkun hemm adorazzjoni, rużarju u quddiesa ta’ ringrazzjament. L-adorazzjoni tibda fis-7.15pm u fit-7.45pm toħroġ il-quddiesa.  Kulhadd mistieden li jattendi.

Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix festa kmandata, tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jqaddes din il-ġurnata bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol u fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun hemm quddiesa fis-6.15pm.

Ringrazzjament – Fr Andfrew Żammit

Fr Andrew Zammit li kien qiegħed iservi fil-parroċċa tagħna ġie mitlub  jkompli jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Imqabba. Nhar is-Sibt li ġej 9 ta’ Settembru, nistedinkom ningħaqdu miegħu fil-quddiesa tal-5.15 pm biex nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu fil-parroċċa tagħna u nawgurawlu għall-ħidma l-ġdida.

Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa tagħna jew minn hawn.  

Dati ta’ l-Ewwel Tqarbina

Id-dati tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla (2024) huma is-Sibt 18 ta’ Mejju, fil-4.30pm għall-bniet, u l-Ħadd 19 ta’ Mejju fid-9.15am għas-subien.

Quddiesa u Adorazzjoni fil-Kappella tas-Seminarju

Kull tieni Sibt tax-xahar, fil-Kappella tas-Seminarju ir-Rabat, ser jibda jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-Vokazzjonijiet. L-ewwel laqgħa ser issir nhar is-Sibt li ġej 9 ta’ Settembru u tibda fil-5.30pm.

Korsijiet fuq il-Ħajja Nisranija

Il-Pastoral Formation Institute qed joffri ’l fuq minn 17-il kors differenti għal min jixtieq japprofondixxi aktar fuq il-ħajja nisranija, jew fis-servizz li jagħti fil-komunità. Dawk interessat jistgħu jsib aktar informazzjoni fil-poster li hemm fin-noticeboard jew fuq is-sit.

Ġabra Speċjali

Il-Ħadd, 3 ta’ Settembru huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u ser issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu

permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Philip Mifsud, Karmenu Agius u Philip Vella li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply