Il-‘handover’ tal-Arċipretura
Il-proċess tal-handover tal-Arċipretura għaddej b’ritmu tajjeb. Minn nhar it-Tnejn kemm Fr Albert Buħaġiar, l-Arċipriet il-ġdid, kif ukoll il-viċi il-ġdid Fr Mario Dimech, se jibdew ikunu fostna biex jibdew jagħtu servizz fil-parroċċa tagħna. Tajjeb li nilqawhom fostna u nitolbu għalihom.
Pellegrinaġġ għal Lourdes
Il-Pellegrinaġġ imtela’ kollu. Niskużaw ruħna li minħabba postijiet limitati ma stajniex naċċettaw lil kull min xtaq jingħaqad magħna. Fr Daniel javża li se jkun assenti mill- parroċċa mill-Ħamis filgħaxija sat-Tlieta ta’ wara, peress li se jakkumpanja il-grupp f’ Lourdes bħala direttur spiritwali.
Donazzjonijiet għal Peru
Id-donazzjoni lid-Djoċesi ta’ Huanace fil-Peru, fejn qed iservi l-Isof Giovanni Cefai,
li laħqet is-somma ta’ ‘il fuq minn 7,000 dollaru u li nġabret miż-żgħażagħ li kellhom jagħmlu esperjenza fil-Peru pero minħabba il- pandemija kellha tiġi iħassra, għaddew lil Isqof Fr Giovanni Cefai. Nirringrazzjaw liż-żgħażagħ li ħadu l-impenn li jiġbru dawn il-flus kif ukoll lil kull min kien għaddielhom xi donazzjoni għal dan il-għan.
Leġjun ta’ Marija
Nhar it-Tlieta, 7 ta’ Settembru, il-membri tal-Leġjun ta’ Marija se jiccelebraw ic-ċentinarju mit-twaqqif ta’ din l-għaqda ġewwa Dublin l-Irlanda proprju mitt sena ilu, fis-7 ta’ Settembru 1921. Ir-Rużarju dakinhar filgħaxija jingħad bit-talb tat-tessera tal-Leġjun. Il-quddiesa tas- 7.00pm tkun animata mill-istess membri tal-Leġjun u fiha jsir ħsieb dwar din l-għaqda u l-ispiritwalita’ tagħha. Kulħadd mistieden b’mod speċjali il-membri awżiljarji.
Nitolbu għal ħutna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Zammit, Giuseppe Agius u Antonia Zahra….Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.
Il-Ġabra speċjali għal din il-ġimgħa hija b’risq il-Parroċċa. Grazzi.