Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena A

Adorazzjoni

It-Tlieta 19 ta’ Mejju, fil-Kappella ta’ San Ġużepp, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni li jmexxiha s-Superjur Joe Fenech.

L-Ewwel Tqarbina

Is-Sibt 23 ta’ Mejju fl-4.30pm ikollna l-Ewwel Tqarbina għall-bniet u l-għada l-Ħadd 24 għas-subien fid-9.15am. Nifirħu lil dawn it-tfal u nitolbu għalihom. Bi preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina, se jkun hawn il-qrar għall-ġenituri u għat-tfal, il-Ħamis u l-Ġimgħa mis-6.00pm sas-7.30pm u s-Sibt filgħodu mis-7.30am sal-10.00am.

Trasport għall-Anzjani għall-Quddiesa tal-Festa

Dawk li għandhom xi anzjani li jixtiequ jiġu għall-quddiesa speċjali għalihom fil-ġimgħa tal-festa, nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju fid-9.30am, u għandhom bżonn trasport, nitolbu lil xi ħadd mill-familjari jagħtuna isimhom fis-Sagristija. Dawk ukoll li għandhom xi qraba emigranti li se jkunu fostna fil-jiem tal-festa nitolbuhom ukoll li jgħaddu l-ismijiet tagħhom fis-sagristija.

Reffiegħa għall-vara ta’ San Filep

Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jimlew formola li tinġabar mis-sagristija u magħha jippreżentaw kopja tal-karta tal-identità. Il-formoli mimlija għandhom jingħataw lill-Arċipriet.

Nitolbu għal ħutna Ġużi Schembri, Alfred Vella, Sr Elvira Caruana, Joseph Ebejer u Lucia Guirey, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.