Tberik tal-annimali
Għada filgħodu, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Rużarju fil-beraħ
Minn nhar it-Tnejn (12/10) sa nhar il-Ġimgħa li ġej, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ fil-pjazza ta’ Ħal Dwieli. Ir-Rużarju jibda fis-5.45pm u l-Ġimgħa jkun hemm quddiesa fil-pjazza wara r-Rużarju. Inħeġġu lil min jista’ sabiex jattendi, b’mod speċjali lil dawk li joqogħdu f’din iż-żona.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta (13/10) issir il-laqgħa tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Il-laqgha hija miftuħa għal kulħadd.
Qrar bi preparazzjoni għas-Sagrament tal-Griżma
Il-Ġimgħa (16/10) filgħaxija mis-6.00pm sas-7.30pm u l-għada s-Sibt filgħodu mit-8.00am sal-10.00am, ikun hawn servizz ta’ qrar għall-ġenituri u l-parrini bi tħejjija għas-Sagrament tal-Griżma.
Sagrament tal-Griżma
Nhar is-Sibt (17/10) fl-4.30pm jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma għall-bniet. Il-Ħadd (18/10) fid-9.15am jirċievu l-Griżma s-subien. Nifirħu lil dawk li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom.
Ġurnata Missjunarja
Il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Ottubru, il-Knisja tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. Il-MISSIO tgħin lil diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex iwasslu t-tagħlim tal-Vanġelu u l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar essenzjali. Għaldaqstant, bil-ġbir li jsir fil-quddies is-Sibt u l-Ħadd li ġej, inkunu qed ngħinu din il-ħidma missjunarja tal-Knisja.
Seminaristi fil-Parroċċa tagħna
Waqt li nsellmu lis-seminarista Luke Vella, li kien qed jagħmel esperjenza fil-parroċċa matul din is-sena, nilqgħu fostna lis-seminarista Matthew Theuma, li għal din is-sena se jkun qed jagħmel esperjenza pastorali fil-parroċċa. Il-preżenza tas-seminaristi fil-parroċċa tfakkarna fil-bżonn li nitolbu għalihom u nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
Seminar għal kulħadd
Il-membri tal-MUSEUM (Sezzjoni Femminili) se jorganizzaw seminar għal kulħadd nhar il-Ħamis 15 ta’ Ottubru mid-9.15am san-12.30pm fil-qasam tal-MUSEUM tas-Siġġiewi. Ikun hemm taħdita, qrar u quddiesa. Min jixtieq jattendi u jixtieq trasport ikellem lis-Superjura tal-MUSEUM.
Ġabra b’risq il-Knisja
Il-ġbir li sar fil-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’riżq il-knisja kien ta’ €1,856. Nirringrazzjawkom dejjem tal-għajnuna u s-sostenn li tagħtu lill-knisja. Daħlu wkoll xi donazzjonijiet għar-restawr li laħqu €2,500. Nirringrazzjawkom.
Nitolbu għal ħutna Maria Dolores Caruana u Filippa Piscopo, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem
