Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof

Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru fid-9.15am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Griżma. Nifirħu lil dawn li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fil-fidi u jimtlew bil-qawwa ta’ Alla.

Laqgħat Xebbiet Azzjoni Kattolika

It-Tlieta 17 ta’ Ottubru, fid-9.00am jerġgħu jibdew il-laqgħat tax-Xebbiet tal-Azzjoni Kattolika. Fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Talb għall-Art Imqaddsa

L-Isqfijiet iħeġġuna biex nissieħbu mal-Patrijarka ta’ Ġerusalemm fit-talb għas-sitwazzjoni li għaddejja minnha l-Art Imqaddsa u għal tant nies li sfaw vittmi tal-vjolenza u l-mibegħda. Nistgħu ningħaqdu f’dan it-talb billi nhar it-Tlieta 17 ta’ Ottubru noffru talb u sawm għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.

Seminar dwar is-Saħħa Mentali

Il-Ħamis 19 ta’ Ottubru mid-9.15am san-12.30pm se jkun organizzat seminar għal kulħadd imtella’ mis-sezzjoni femminili tal-MUSEUM. Dan se jsir fil-qasam tal-MUSEUM tas-Siġġiewi u fih se jkun hemm taħditiet diversi, inkluż dwar is-saħħa mentali. Ikun hemm ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jattendu.

Encounter with Foreigners

On Friday 20th October, there will be a second encounter with foreigners, entitled “Speak, Lord!” at the Parish Hall, Dar San Ġużepp, at 7.30pm. We invite all foreigners of our parish for this formation meeting to listen and pray together through God’s Word. Those who are interested may speak to the deacon, Reverend Malcolm, or else to one of the helpers, for more details.

Ġurnata Missjunarja

Il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Ottubru, il-Knisja tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. L-Opri Missjunarji Pontifiċji (illum magħrufin bħala MISSIO) jgħinu diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar essenzjali. Għaldaqstant, bil-ġbir li jsir fil-quddies is-Sibt u l-Ħadd li ġej, inkunu qed ngħinu din il-ħidma missjunarja tal-Knisja f’dawk il-pajjiżi fejn hemm bżonn ħafna assistenza.

Leave a Reply