Tmintax -il Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni

Il-Ħamis (6/8) fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li fiha tingħad il-kurunella u ssir id-devozzjoni tal-Ħniena Divina. 

L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

Il-Ġimgħa (7/8), l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar nitolbu għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi.

Ħarġa għal Għawdex

L-Erbgħa li ġej (5/8), ikollna l-ħarġa għal Għawdex li tinkludi wkoll żjara fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Tluq minn ħdejn il-Posta fis-7.00am. Għad fadal ftit postijiet. Booking għand il-membri tal-grupp tal-fundraising. Aktar informazzjoni mill-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa jew mis-sagristija.

Ġabra Speċjali

Fl-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal oħtna Frida Muscat, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.