Jum il-Missier
Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier, għalhekk nifirħu lill-missirijiet kollha u nitolbu għalihom. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta 23 ta’ Ġunju jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet.
Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
Il-Ġimgħa li ġej 26 ta’ Ġunju, niċċelebraw il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fil-5.00pm ikun ħawn ħin ta’ Adorazzjoni fis-skiet u fis-6.00pm nitolbu t-talba tal-għasar u ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda fil-fratellanza tas-SSmu. Sagrament. Fis-6.30pm issir quddiesa kantata. Immedjatament wara toħroġ il-purċissjoni bl-Ewkaristija li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ San Filep, Triq Sant’Antnin, Triq Mamo, Triq il-Kbira, Triq l-Isqof u Misraħ San Filep. Inħeġġu biex nipparteċipaw f’din il-purċissjoni b’qima lejn Ġesù Ewkaristija u nżejnu t-toroq bil-pjanti minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni, kif kienet id-drawwa.
Ringrazzjament
Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex kellna festa sabiħa u li tixraq lill-Qaddis Patrun tagħna San Filep. Nirringrazzjaw lil kull min ikkontribwixxa fil-ġbir li sar għall-festa. L-offerti li ngħataw fl-envelopes flimkien ma’ donazzjonijiet oħra kienu ta’ €6,400. Il-ġbir li sar fil-ħruġ min-niċċa (€2,718), matul il-ġranet tat-Tridu u nhar il-festa (€4,111) u ġabra waqt id-dħul (€1,402) laħaq is-somma totali ta’ €8,231.
Nitolbu għal ħutna Josephine Xuereb u Joseph Spiteri, u għall-missirijiet kollha li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
