Griżma ta’ l-Isqof f’Ottubru 2021
Infakkru lil dawk li ser jagħmlu il-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej huma mitluba li jagħżlu l-parrinu/a. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi tagħhom.
Dawk it-tfal li huma entitolati li jagħmlu il-Griżma mitluba li jikkonfermaw dan mall- katekisti tagħhom.
Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu
Infakkru fir-reġistrazzjonijiet tat-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u għal dawk li qatt ma rreġistraw għall-Katekeżi.
Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
Nhar l-erbgħa, 8 ta’ Settembru ser isir il-pellegrinaġġ. Min hu interessat ikellem lil Maria Cardona jew lil Melania Grech.
Infakkru fil-Pellegrinaġġ lejn Lourdes, li ser isir bejn id-9 u l-14 ta’ Settembru, 2021. Għad fadal xi postijiet u min hu interessat jista’ jsib kopja ta’ l-itinerarju fis-Sagristija.
Biex wieħed jingħaqad magħna jrid ikun ivvaċċinat. F’dawn il-ġimgħat Lourdes hu post sigur għal min irid jivvjaġġa. Wieħed ma għandux bżonn ta’ PCR tests. Min hu interessat importanti li ma jħallix għall-aħħar għax il-postijiet huma limitati.
Għal aktar informazzjoni kellmu lill-Arcipriet, Fr Daniel.
Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Mikiel Saliba….Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.