Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ San Martin

Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fil-quddiesa tad-9.30 am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji.

Tberik tal-Oqbra

Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra.

Laqgħa Grupp tal-Kelma tal-Ħajja

It-Tlieta, 14 ta’ Novembru, jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet.

Laqgħa Grupp Padre Pio

It-Tlieta, 14 ta’ Novembru, fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali ikun hawn il-laqgħa tal-Grupp ta’ S. Padre Pio.

Żjara fiċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq

Il-Ħamis, 16 ta’ Novembru, se ssir żjara fiċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq. Min jixtieq jattendi jkellem lil Carmen Cilia. Tluq fid-9.00am minn ħdejn il-Posta.

Oratorio Filippu t’Aġġira

Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, fit-8.00pm, fil-Knisja Arċipretali, se jiġi eżegwit għall-ewwel darba l-Oratorio FILIPPU T’AĠĠIRA, fuq lirika bil-Malti tan-Nutar Dr Philip Ellul u mużika ta’ Mro Antoine Mercieca. Id-dħul se jkun mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi u ġentilment ikun bilqiegħda fil-knisja fis-7.30pm.

Grupp Anġli Tagħna

Minn nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru, se jerġa’ jiftaħ iċ-Ċentru għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-Grupp ‘L-Anġli Tagħna’ jiltaqa’ bejn il-5.00pm u s-7.00pm f’Villa San Filep.

Ġabra Speċjali

Il-ġabra speċjali li saret nhar il-Ħadd għall-knisja kienet ta’ €1,574. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Reġistrazzjoni għat-tfal għall-Kinder

L-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ tixtieq tavża li qed tilqa’ reġistrazzjonijiet tat-tfal għall-ewwel sena tal-Kinder. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu bejn Jannar u April 2021 jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-iskola jew iċemplu fuq 2598 7660 għal aktar informazzjoni. Dawn it-tfal jibdew skola fi Frar 2024.

Laqgħa għar-Romol

Nhar it-Tlieta 21 ta’ Novembru, se jerġa’ jiltaqa’ s-support group għar-romol. Nibdew bil-quddiesa tat-8am fil-parroċċa u wara l-quddiesa jkun hemm laqgħa fis-Sala tas-Sorijiet.

Encounter for Foreigners

On Friday 24th November there will be a third encounter for foreigners, residing at the parish, entitled “Come, Lord!” at the Parish Hall, Dar San Ġużepp, at 7.30pm. We invite all of them for this formation meeting. Those who are interested may speak to the deacon, Rev. Malcolm Saliba, or else to one of the helpers, for more details.

Fuljett Flimkien

Intom u ħerġin mill-knisja nistedinkom tieħdu kopja tal-FLIMKIEN tax-xhur Novembru u Diċembru. Ikun apprezzat jekk tistgħu tieħdu kopja lil xi persuni anzjani jew li ma jistgħux joħorġu u li joqogħdu fil-viċinanza tagħkom.

Nitolbu għal Filippa Bugelli li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply