Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena A

Solennità tal-Qaddisin Kollha

Qegħdin niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha. Għada t-Tnejn, 2 ta’ Novembru, l-Għid tal-Imwiet, niftakru f’ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Il-quddies filgħodu jibda fis-6.00am u jkompli kull nofs siegħa bl-aħħar quddiesa tkun fit-8.00am. Fis-6.30pm issir konċelebrazzjoni biex nitolbu għal ħutna l-mejtin, b’mod speċjali dawk li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ’l hawn. Inħeġġu lill-qraba tagħhom biex jieħdu sehem f’din il-quddiesa.

Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù

Matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ kuljum mis-7.00am sat-3.30pm. 

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa (6/11), l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar imħeġġin nitolbu għall-vokazzjonijiet.

Tberik tal-Oqbra

Il-Ħadd li ġej (8/11) fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. It-tberik taċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija jsir il-Ħadd ta’ wara, 15 ta’ Novembru, fl-10.00am. 

Prietka tal-Milied

Dawk it-tfal subien u bniet minn 8 snin ’il fuq li jixtiequ jagħmlu l-prietka tal-Milied, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija. 

Coffee Morning

It-Tlieta 10 ta’ Novembru, se jsir Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-sala tas-Sorijiet fid-9.15am. Booking mingħand il-membri tal-grupp tal-fundraising.

Ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar

Il-Ħadd 1/11 huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Marvic Borg u Connie Grech, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, u għall-mejtin kollha. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.