Il-Festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha
Nhar it-Tnejn, 1 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha. Fis-6.30 ta’ filgħaxija ssir konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.
Nhar it-Tlieta 2 ta’ Novembru niċċelebraw it-Tifkira tal-Mejtin Kollha. Dakinhar il-quddies se jkun kull nofs siegħa. Nibdew mis-sitta ta’ filgħodu u l-aħħar quddiesa toħrog fit-8.30am. Fis-6.30 ta’ filgħaxija jkollna quddiesa konċelebrata solenni.
Laqgħa Xebbiet Azzjoni Kattolika
Nhar it-Tlieta se ssir il-laqgħa tax-Xebbiet tal-Azzjoni Kattolika fid-8.45am.
Tberik taċ-Ċimiterji
Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, it-tberik taċ-ċimiterji tal-Qalb ta’ Ġesù u dak ta’ Sant’Andrija se jsir b’mod privat. Nappella biex inżommu ċ-ċimiterju nadif b’sens ta’ rispett lejn l-għeżież tagħna. Nirringrazzja lil kull min qed jgħin biex iċ-ċimiterju jinżamm fi stat tajjeb.
Tibdil fil-Ħinijet tal-Quddies
Issa li se bdejna l-ħin tax-xitwa, infakkru li jkollna xi tibdil fil-ħin tal-Quddies ta’ filgħaxija. Minn nhar is-Sibt, il-quddies fil-Knisja Arċipretali jkun fil-5.00pm u fis-6.30pm, pero’ nhar ta’ Ħadd filgħaxija l-Quddies jibqa’ l-istess, jiġifieri fil-5.30pm u fis-7.00pm. Fil-Knisja Arċipretali, il-Quddies ta’ matul il-ġimgħa filgħaxija se jkun fis-6.30pm.
Mandat ta’ Arċipriet għall-Parroċċa
Il-Ħadd li ġej, 7 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħti uffiċjalment il-mandat (magħruf ukoll bħala l-pussess) bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa fil-quddiesa ta’ filgħaxija li se tkun fis-6.00pm. Kulħadd huwa mistieden; biss bħalma lkoll tafu, l-ispazju fil-knisja jista’ jkun limitat minħabba li għadna rridu nżommu distanza soċjali. Nhar il-Ħadd biss ma jkunx hawn quddiesa fis-7.00pm.
Adorazzjoni
Bi tħejjija, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru fis-6.00pm se ssir Adorazzjoni hawn fil-Knisja Arċipretali li tibda bit-talba tar-Rużarju. Nagħlqu bil-quddiesa fi tmiem l-adorazzjoni. Inħeġġeġ lill-membri tal-Għaqdiet u lilkom ilkoll sabiex ninġabru flimkien fit-talb quddiem Ġesù Ewkaristija għall-parroċċa tagħna.
Fundraising – Coffee Morning
Il-grupp tal-fundraising tal-Parroċċa se jorganizza coffee morning bit-tombla nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru fid-9.30am fis-sala ta’ taħt l-Uffiċċju (għand is-sorijiet).
Prietka tal-Milied
Il-ġenituri tat-tfal li għandhom bejn 8 u 9 snin (Year 4 u 5 fl-iskola) u li uliedhom jixtiequ jagħmlu l-Prietka tal-Milied, huma mitluba li jiktbu lil uliedhom fis-sagristija jew fl-Uffiċċju Parrokkjali. Minħabba li daħal ftit iż-żmien, hemm ċans sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru.
Ġabra f’Jum il-Missjoni
Il-ġbir li sar fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missjoni, fi tmiem il-ġimgħa li għadda, kien ta’ €3,950. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.