Author: admin

L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena A

Adorazzjoni Ewkaristika Il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm bi ħsibijiet marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan. Infakkru li nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, issir il-meditazzjoni tal-Via Sagra wara l-quddiesa tat-8.00am u fis-6.00pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Nhar ta’ Sibt jingħad l-Għasar fil-5.00pm. Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Mit-Tnejn 23 sal-Ħamis 26 ta’ Frar se ssir […]

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp It-Tlieta (17/2) fl-10.00am ikun hemm Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp animata mis-Superjur Joe Fenech. Ras ir-Randan Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Frar, nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib. Kif jintemm il-pellegrinaġġ issir quddiesa konċelebrata. Wara l-quddiesa se ssir it-tnedija ta’ żewġ kotba: wieħed […]

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A

Attivita’ b’rise ir-Residenza ta’ St Patrick Il-Ħadd (8/2) wara l-quddiesa tad-9.30am ikollna l-attivita’ għat-tfal u l-familji fuq iz-zuntier b’risq ir-Residenza ta’ Saint Patrick f’Tas-Sliema. Nistiednu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem. Griżma tal-Isqof It-Tnejn 9 ta’ Frar, fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, dawk l-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru ta’ din is-sena huma mistiedna jressqu […]

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej It-Tnejn li ġej, 2 ta’ Frar, niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali se ssir il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena mill-ġenituri tagħhom. Inħeġġu lill-familji tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem. Laqgħa Grupp Klema tal-Ħajja It-Tlieta (3/2) fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-sorijiet.    Il-Ġimgħa […]

It-Tielet Ħadd matul is-Sena A

Jum il-Kelma ta’ Alla Dan il-Ħadd (25/01) qegħdin niċċelebraw Jum il-Kelma ta’ Alla (Jum il-Bibbja). Din il-ġurnata trid tfakkarna fil-ħtieġa li nużaw il-Bibbja għat-talb u r-riflessjoni tagħna. Għall-quddiesa tad-9.30am it-tfal huma mistiedna jġibu l-bibbja tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Infakkru wkoll fil-ktejjeb KLIEM IL-ĦAJJA li jkun fih silta qasira mill-Bibbja, ħsieb u talba għal kull […]

It-Tieni Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni fil-Kappella tas-Sorijiet It-Tlieta 20 ta’ Jannar fl-10.00am issir l-adorazzjoni fil-kappella tas-Sorijiet immexxija mis-Superjur Joe Fenech. Adorazzjoni Il-Ħamis 22 ta’ Jannar fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda fost il-Knejjes Insara. Servizz Ekumeniku Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku  u talb mal-aħwa Nsara minn Knejjes oħra fil-preżenza […]

Il-Magħmudija tal-Mulej – Sena A

Ġimgħa ta’ Talb Mill-Ħadd 18 sal-Ħadd 25 ta’ Jannar, meta niċċelebraw il-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara mad-dinja kollha. Xieraq li f’għaqda mal-Knisja Universali nitolbu biex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom.   Laqgħa Grupp Padre Pio L-Erbgħa jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio li tibda […]

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena A

Wasla tal-Maġi Il-Ħadd, 4/1, qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €1,500 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għal Dar Merħba Bik. Ġabra b’riżq id-Dar tal-Providenza Il-ġbir li sar b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-sena fil-Knisja Arċipretali u […]

Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena A

Festa tal-Familja Mqaddsa Qed niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Nitolbu b’mod speċjali għall-qdusija tal-familji tagħna.   Kwaranturi Minn nhar it-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum tas-sena, ikollna l-ġranet tal-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. F’dawn il-ġranet ikun hawn l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu u filgħaxija mill-4.30pm ’il quddiem. Inħeġġu biex min jista’ jsib ftit […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena A

Tberik tal-Presepji u Bambini Il-Ħadd (21/12) għall-quddiesa tad-9.30am it-tfal huma mistiedna jġibu l-bambin jew presepju żgħir biex jitbierku waqt il-quddiesa.  Quddies ta’ lejlet il-Milied L-Erbgħa (24/12), lejlet il-Milied, il-quddies ta’ filgħaxija jkun fil-5.15pm u fis-6.30pm. Fis-6.00pm toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin mill-qasam tal-MUSEUM tas-Subien u tintemm fil-Knisja Arċipretali għas-7.15pm, fejn issir ċelebrazzjoni madwar Ġesù Bambin bis-sehem tat-tfal. […]