Il-Wasla tal-Maġi Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar, qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €1,407 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għall-Kċina ta’ Marta. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta (07/01) jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm […]
Author: admin
Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena Ċ
Festa tal-Familja Mqaddsa Qed niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Nitolbu b’mod speċjali għall-qdusija tal-familji tagħna. Il-Ħadd filgħaxija l-Arċisqof se jagħti bidu għall-Ġublew fid-djoċesi. Fil-5.00pm jibda pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina, fejn l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ tal-Ġublew. Lejliet u nhar l-Ewwel tas-Sena Ġabra għad-dar tal-Providenza Il-ġbir kollu li jsir nhar it-Tlieta filgħaxija u […]
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Tberik tal-Bambini jew tal-Presepji Il-Ħadd (22/12) għall-quddiesa tad-9.30am it-tfal huma mistiedna jġibu l-bambin jew presepju żgħir biex jitbierku waqt il-quddiesa. Lejlet il-Milied u nhar il-Milied It-Tlieta (24/12), lejlet il-Milied: Nhar il-Milied: Kwaranturi Minn nhar il-Ħamis 26 sas-Sibt 28 ta’ Diċembru jkollna l-ġranet tal-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. Fit-8.30am issir l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija sa nofsinhar. Filgħaxija, mill-4.30pm ’il […]
It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Novena tal-Milied Minn nhar it-Tnejn, 16 ta’ Diċembru, nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir riflessjoni u mument ta’ talb u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Adorazzjoni It-Tlieta (17/12) fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella tas-Sorijiet li jmexxiha s-Superjur Joe Fenech. Kunċert tal-Milied […]
It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Mixgħela tas-Siġra tal-Milied Il-Ħadd, 8/12 fis-6.15pm, issir il-mixgħela tas-Siġra tal-Milied fil-pjazza. Wara jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għaż-żgħażagħ f’dan iż-żmien li jippreparana għall-Milied. Bejgħ ta’ ħlewwiet tal-Milied u punsjetti b’risq il-missjoni fil-Perù F’dan it-tmiem il-ġimgħa, fuq iz-zuntier qed isir bejgħ ta’ ħlewwiet tal-Milied u punsjetti b’risq il-missjoni fil-Perù, minn grupp ta’ żgħażagħ […]
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Bidu tal-Avvent IlĦadd (1/12) fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Wara nofsinhar, il-Life Network Foundation se torganizza Ċelebrazzjoni tal-Ħajja bl-isem ‘March for Life’ fil-Belt Valletta. Din l-attività tibda fit-3.00pm. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni It-Tlieta (3/12) fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Anġli se jkun hemm quddiesa fis-6.00pm fl-okkażjoni […]
Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena B – Solennita’ ta’ Kristu Sultan
Festa ta’ Kristu Sultan Il-Ħadd filgħaxija niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, r-Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu. Laqgħa oħra bi preparazzjoni għall-Ġublew Il-Ħamis (28/11) fil-Knisja Arċipretali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna laqgħa oħra bi preparazzjoni għall-Ġublew 2025. Il-laqgħa se tkun imsejsa […]
Tlieta u tletin Ħadd matul is-Sena B
Adorazzjoni It-Tlieta (19/11) fil-kappella għand is-sorijiet ikun hemm Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fl-10.00am. Quddies għar-Romol u Laqgħa Ġublew tat-Tama Il-Ġimgħa (22/11), għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna r-romol li tilfu l-għeżież tagħhom. Min jixtieq jista’ jikteb isimhom fis-sagristija biex jissemmew fil-bidu tal-quddiesa. Wara l-quddiesa, fil-Knisja Arċipretali, ikollna t-tielet laqgħa bi preparazzjoni għas-Sena tal-Ġublew tat-Tama. It-tema ta’ […]
Tnejn u tletin Ħadd matul is-Sena B
San Martin Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. Fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta (12/11) jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet. Laqgħa Grupp Padre Pio L-Erbgħa (13/11) fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp […]
Wieħed u tletin Ħadd matul is-Sena B
Quddiesa fiċ-Ċimiterju Il-Ħadd, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u t-3.30pm. Waqt li nirringrazzjaw li min qed jieħu l-inkarigu li jiftaħ u jara li l-post jinżamm nadif b’mod volontarju, napprezza ħafna l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex […]