Author: admin

Ħadd il-Għid – Sena A

Ħadd il-Għid Fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Żjara Dar tal-Kleru Nhar it-Tlieta 11 ta’ April, filgħodu se ssir żjara għad-Dar tal-Kleru. It-trasport jitlaq fid-9.00am minn ħdejn l-iskola. Min jixtieq jattendi jkellem lil Carmen Cilia. Laqgħa Padre Pio Nhar it-Tlieta 11 […]

Ħadd il-Palm – Sena A

Ġimgħa Mqaddsa Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Għada (illum) fid-9.00am issir iċ-ċerimonja tat-tberik taż-żebbuġ f’Misraħ l-Isptar u wara ssir purċissjoni sal-Knisja fejn tkompli l-quddiesa.   Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa għal din il-ġimgħa Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju L-Azzjoni Kattolika, permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali, matul dawn il-ġranet torganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Inħeġġukom biex […]

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena A

Ħin tas-Sajf Infakkru li l-ħinijiet tal-quddies se jibqgħu kif inhuma u ma jkunx hemm tibdil. Via Sagra għat-Tfal It-Tnejn u t-Tlieta, 27 u 28 ta’ Marzu, se tiġi organizzata Via Sagra għat-tfal fil-5.30pm fil-Knisja Arċipretali. It-tfal jattendu fil-ġurnata li ġiet indikata lilhom miċ-Ċentri tal-Katekiżmu.  Via Matris Nhar l-Erbgħa fis-6.00pm ikun hawn meditazzjoni fuq id-Duluri tal-Madonna […]

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena A

Solennita’ San Ġużepp It-Tnejn 20 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa kantata u wara ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda. Dawk li huma diġà miktuba fil-fratellanza huma mħeġġa li jissieħbu għal din il-quddiesa mal-fratelli l-ġodda. Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp It-Tlieta 21 ta’ Marzu, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp […]

It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena A

Quddiesa Speċjali għaż-Zgħażagħ Il-Ħadd, tnax ta’ Marzu, nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan.  Eżerċizzi għall-Koppji Minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu jibdew l-Eżerċizzi għall-koppji wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Imexxi Mons. Frans Abdilla. Laqgħa Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio. Tibda fl-4.30pm […]

It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A

L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt fid-9.00am fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn l-Ewwel Qrara għat-tfal subien li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.    Quddiesa għaż-Żgħażagħ Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Marzu nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan.  Katekiżmu tal-Bniet Is-Superjura tal-MUSEUM tavża li mhux se jsir tagħlim tal-Katekiżmu għall-bniet […]

It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A

Adorazzjoni Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu, ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm b’tema marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan, animata mill-Kummissjoni Liturġija.   Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-barka sagramentali. L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu fid-9.00am, […]

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 21 ta’ Frar  jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-sala tas-Sorijiet fid-9.30am. Fl-10.00am ikun hemm adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp animata mis-Superjur Joe Fenech. Ras ir-Randan L-Erbgħa 22 ta’ Frar  nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib u wara ssir quddiesa konċelebrata. Infakkar li nhar […]

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A

Bake Sale b’risq il-Missjoni F’dan il-weekend fuq iz-zuntier qed isir Bake Sale b’risq il-missjoni li se jagħmlu grupp ta’ ħmistax-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ Fr Mario Dimech, ġewwa Durres, l-Albanija, fis-sajf li ġej. Huma se jkunu qed jgħinu lill-Patrijiet Dumnikani Maltin fi proġetti edukattivi u soċjali. Ħaġa sabiħa li ngħinuhom f’din l-inizjattiva.   Laqgħa […]

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A

Laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma It-Tlieta 7 ta’ Frar se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma f’Ottubru li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (fid-Domus) fis-7.00pm. Festa ta’ San Pawl Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Jixraq li nqaddsu din il-ġurnata speċjali għalina l-Maltin billi nieħdu sehem […]