Author: admin

Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru fid-9.15am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Griżma. Nifirħu lil dawn li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fil-fidi u jimtlew bil-qawwa ta’ Alla. Laqgħat Xebbiet Azzjoni Kattolika It-Tlieta 17 ta’ Ottubru, fid-9.00am jerġgħu jibdew il-laqgħat tax-Xebbiet tal-Azzjoni Kattolika. Fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe […]

Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru, nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja.   Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta, 10 ta’ Ottubru ser issir il-laqgħa u tibda fis-6.00pm bir-rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat u fis-6.30pm il-quddiesa. Pellegrinaġġ Il-Ġimgħa […]

Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa Madonna tar-Rużarju Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru filgħaxija, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Qrar għall-Bniet tal-Griżma Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru fis-5.45pm, fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, se jsir il-qrar għall-bniet li […]

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tal-Grazzja Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. (Il-Ħadd filgħodu ikun hemm quddies fis-7.00am u fit-8.30am). Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali. Tberik tal-basktijiet tal-iskola Fil-Quddiesa tal-Ħadd, 24 ta’ Settembru, tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom […]

Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Marija Addolorata Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Il-Ħadd, 17 ta’ Settembru fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Patri Elmar Pace ofm Cap. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ma jkunx hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta, 19 ta’ Settembru […]

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Sagrament tal-Magħmudija Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Reġistrazzjoni Katekiżmu Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħa Grupp Kelma […]

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Anniversarju Leġjun ta’ Marija Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru, fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù se jkun hemm adorazzjoni, rużarju u quddiesa ta’ ringrazzjament. L-adorazzjoni tibda fis-7.15pm u fit-7.45pm toħroġ il-quddiesa.  Kulhadd mistieden li jattendi. Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix […]

Wieħed u għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Magħmudija Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.  Adorazzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Filgħaxija fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni minflok dik li s-soltu ssir nhar ta’ Ħamis.  Festa tat-Twelid tal-Madonna Fit-8 ta’ Settembru, […]

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.     Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-Parroċċa tagħna Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, fit-8.00pm, se ssir laqgħa bl-isem “Encounter” għall-barranin li qegħdin jgħixu fil-parroċċa tagħna, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Inħeġġu lill-barranin biex jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin bħala komunità […]

Dsatax-il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Marija Assunta It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am, u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, it-Tnejn filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.   Festa Santa Marija f’Ħal Muxi F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ […]