Author: admin

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Quddiesa u Adorazzjoni Il-Ġimgħa (7/2) hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija, li jintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am. Festa ta’ San Pawl Nhar l-10 ta’ Frar, Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-quddies se jkun bħal matul il-ġimgħa u jkun hawn quddiesa oħra fid-9.30am. Il-quddiesa […]

It-Tielet Ħadd matul is-Sena Ċ

Jum il-Bibbja Il-Ħadd, 26/01 qegħdin niċċelebraw Jum il-Kelma ta’ Alla (Jum il-Bibbja). Din il-ġurnata trid tfakkarna fil-ħtieġa li nużaw il-Bibbja għat-talb u r-riflessjoni tagħna. Nhar il-Ħamis (30/1) fis-6.00pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali marbuta mat-tema tal-Kelma ta’ Alla. Il-Letturi li s-soltu jaqraw fil-quddiesa, bħala Ministri tal-Kelma, huma mħeġġa jattendu għal din l-adorazzjoni. Infakkru wkoll fil-ktejjeb KLIEM […]

It-Tielt Ħadd matul is-Sena Ċ

Adorazzjoni It-Tlieta 21 ta’ Jannar fl-10.00am issir l-adorazzjoni fil-kappella tas-Sorijiet immexxija mis-Superjur Joe Fenech. Il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda fost il-Knejjes Insara. Servizz Ekumeniku Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku mal-aħwa Nsara minn Knejjes oħra. Se jsir fil-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi fis-6.30pm. […]

Il-Magħmudija tal-Mulej – Sena Ċ

Pellegrinaġġ tal-Ġubblew Nhar il-Ġimgħa (17 ta’ Jannar) nibdew bl-ewwel attività marbuta mas-sena tal-Ġublew, b’pellegrinaġġ mill-Kappella ta’ Santu Rokku għas-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù. F’dan il-pellegrinaġġ se jieħdu sehem ħutna nsara Kopti li jiltaqgħu regolarment fis-Santwarju. Il-pellegrinaġġ jibda fil-5.30pm mill-Kappella ta’ Santu Rokku sas-Santwarju, fejn issir adorazzjoni bis-sehem tal-Kopti u wara jkun hemm quddiesa. Kif tintemm l-attività, […]

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena Ċ

Il-Wasla tal-Maġi Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar, qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €1,407 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għall-Kċina ta’ Marta. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta (07/01) jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm […]

Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena Ċ

Festa tal-Familja Mqaddsa Qed niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Nitolbu b’mod speċjali għall-qdusija tal-familji tagħna. Il-Ħadd filgħaxija l-Arċisqof se jagħti bidu għall-Ġublew fid-djoċesi. Fil-5.00pm jibda pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina, fejn l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ tal-Ġublew.   Lejliet u nhar l-Ewwel tas-Sena Ġabra għad-dar tal-Providenza Il-ġbir kollu li jsir nhar it-Tlieta filgħaxija u […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Tberik tal-Bambini jew tal-Presepji Il-Ħadd (22/12) għall-quddiesa tad-9.30am it-tfal huma mistiedna jġibu l-bambin jew presepju żgħir biex jitbierku waqt il-quddiesa. Lejlet il-Milied u nhar il-Milied It-Tlieta (24/12), lejlet il-Milied: Nhar il-Milied: Kwaranturi Minn nhar il-Ħamis 26 sas-Sibt 28 ta’ Diċembru jkollna l-ġranet tal-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. Fit-8.30am issir l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija sa nofsinhar. Filgħaxija, mill-4.30pm ’il […]

It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Novena tal-Milied Minn nhar it-Tnejn, 16 ta’ Diċembru, nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir riflessjoni u mument ta’ talb u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Adorazzjoni It-Tlieta (17/12) fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella tas-Sorijiet li jmexxiha s-Superjur Joe Fenech. Kunċert tal-Milied […]

It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Mixgħela tas-Siġra tal-Milied Il-Ħadd, 8/12 fis-6.15pm, issir il-mixgħela tas-Siġra tal-Milied fil-pjazza.  Wara jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għaż-żgħażagħ f’dan iż-żmien li jippreparana għall-Milied. Bejgħ ta’ ħlewwiet tal-Milied u punsjetti b’risq il-missjoni fil-Perù F’dan it-tmiem il-ġimgħa, fuq iz-zuntier qed isir bejgħ ta’ ħlewwiet tal-Milied u punsjetti b’risq il-missjoni fil-Perù, minn grupp ta’ żgħażagħ […]

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Bidu tal-Avvent IlĦadd (1/12) fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Wara nofsinhar, il-Life Network Foundation se torganizza Ċelebrazzjoni tal-Ħajja bl-isem ‘March for Life’ fil-Belt Valletta. Din l-attività tibda fit-3.00pm. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni It-Tlieta (3/12) fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Anġli se jkun hemm quddiesa fis-6.00pm fl-okkażjoni […]