Author: admin

Wieħed u għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Magħmudija Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.  Adorazzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Filgħaxija fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni minflok dik li s-soltu ssir nhar ta’ Ħamis.  Festa tat-Twelid tal-Madonna Fit-8 ta’ Settembru, […]

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.     Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-Parroċċa tagħna Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, fit-8.00pm, se ssir laqgħa bl-isem “Encounter” għall-barranin li qegħdin jgħixu fil-parroċċa tagħna, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Inħeġġu lill-barranin biex jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin bħala komunità […]

Dsatax-il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Marija Assunta It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am, u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, it-Tnejn filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.   Festa Santa Marija f’Ħal Muxi F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ […]

Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

Trasport għall-velja ta’ Talb Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar it-Tnejn 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Dawk li huma interessati u jixtiequ jattendu ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu. […]

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena A

Festa San Ġużepp Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,075. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu. Adorazzjoni Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun […]

Sittax-il Ħadd matul is-Sena A

Jum in-Nanniet Fuq xewqa tal-Papa, dan il-Ħadd qed niċċelebraw Jum in-Nanniet, qrib tal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Għall-quddiesa tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet mal-familji tagħhom. Festa San Ġużepp Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp: Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm […]

Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Jum in-Nanniet Il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju, fuq xewqa tal-Papa Franġisku, se jkun qed jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet. Għalhekk il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom. Festa San Filep 2024 Minħabba li […]

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena A

Żgħażagħ fl-Albanija Matul din il-ġimgħa grupp ta’ 14-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna se jkunu qed jibdew esperjenza ta’ volontarjat ġewwa l-Albanija flimkien mal-Patrijiet Dumnikani Maltin. Nawgurawlhom għal din l-esperjenza u nżommuhom fit-talb tagħna. Magħmudija Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Kors ta’ Kana Infakkru lil dawk […]

Tlettax-il Ħadd matul is-Sena A

Laqgħa għall-ġita tal-Polonja Nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju se ssir laqgħa għal dawk li nkitbu għall-ġita tal-Polonja. Il-laqgħa se ssir fis-sala għand is-sorijiet fil-5.00pm. Ġabra għall-Papa Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,300. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ […]

Tnax-il Ħadd matul is-Sena A

L-Offerta ta’ San Pietru Dan il-weekend qed issir il-Ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru […]