Author: admin

Solennita’ tat-Trinita’ Mqaddsa – Sena Ċ Festa tal-Patrun tagħna San Filep

Festa tal-Patrun tagħna San Filep Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija minn Mons. Frans Bonnici, bil-paniġierku mill-Kanonku Michael Galea. Fil-5.30pm, Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni. Imexxi l-Kanonku Jesmond Grech. Il-purċissjoni tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Laqgħa Padre Pio It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju fl-4.30pm, ikun imiss laqgħa […]

Solennita’ ta’ Pentecoste – Sena Ċ

Bidu tal-Festa ta’ San Filep Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep. Il-ħruġ isir wara il-quddiesa tas-7.00pm. Quddiesa Speċjali It-Tnejn, 6 ta’ Ġunju fit-7.45pm, Quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja. It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju  fid-9.30am, quddiesa għall-morda u l-anzjani. Fil-5.00pm, Quddiesa speċjali għat-tfal. It-tfal huma mħeġġa jiktbu talba lil San […]

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena Ċ

L-Ewwel Tqarbina Il-Ħadd, 29 ta’ Mejju, fid-9.30am ikun hawn l-aħħar grupp ta’ tfal li jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-10.00am se ssir fis-Sala Dun Mikiel Xerri (id-Domus). Pellegrinaġġ mill-Leġjun ta’ Marija Nhar it-Tnejn 30 ta’ Mejju, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza pellegrinaġġ u quddiesa fil-kappella tal-Viżitazzjoni f’Wied Qirda. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6.00pm minn ħdejn l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes, […]

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

L-Ewwel Tqarbina Matul dawn il-ġranet, 124 tifel u tifla se jkunu qegħdin jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nifirħu lil dawn il-membri żgħar tal-komunità tagħna f’din l-okkażjoni tant sabiħa għalihom, għall-familji tagħhom u għall-parroċċa tagħna. Xieraq nitolbu għalihom ħalli jkomplu jitħeġġu fl-imħabba lejn Ġesù Ewkaristija. Minħabba li l-Ħadd filgħodu fid-9.30am se jkun hawn ukoll quddiesa tal-Preċett tat-tfal, il-quddiesa […]

Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta, 17 ta’ Mejju, fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-Sala għand is-Sorijiet. Fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Adorazzjoni Il-Ħamis fis-6.30pm ikun hawn l-adorazzjoni bit-tema tal-liturġija tas-Sitt Ħadd tal-Għid. L-Ewwel Tqarbina Is-Sibt li ġej fis-6.00pm ikollna l-Ewwel Tqarbina. Minħabba li l-Knisja se tkun […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Jum l-Omm Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, il-quddiesa tal-10.00am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem. Festa San Ġorġ Preca It-Tnejn niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-6.45pm nibdew b’feature dwar il-qaddis u wara tkompli l-quddiesa animata mis-Soċjetà tal-MUSEUM.   Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta fl-4.30pm ikun imiss laqgħa oħra tal-Grupp […]

It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Festa tal-Lunzjata Qed issir il-festa tal-Lunzjata fil-knisja dedikata lilha fi Triq il-Kbira. Fis-6.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-7.00pm ikun hemm quddiesa. Coffee Morning bit-Tombla Nhar it-Tlieta se jsir coffee morning bit-tombla organizzat mil-grupp tal-fundraising, fid-9.30am fis-sala għand is-sorijiet. Booking isir għand il-helpers tal-fundraising. Adorazzjoni Il-Ħamis fis-6.30pm ikun hawn l-adorazzjoni li se tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. […]

It-Tieni Ħadd ta’ l-Għid – Sena Ċ

Adorazzjoni Ewkaristika L-Azzjoni Kattolika se torganizza Adorazzjoni Ewkaristika fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’, nhar il-Ħamis bejn id-9.30am u l-10.30am, fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Armida Barelli, Fundatriċi tal-Azzjoni Kattolika tat-tfajliet. Kulħadd huwa mistieden. Laqgħa għall-koppji miżżewġin Il-Ħamis filgħaxija, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa għall-koppji miżżewġin fis-Sala ta’ Dar San Ġużepp għand is-Sorijiet, fis-6.45pm. Imexxi l-laqgħa u d-diskussjoni Dr […]

L-Għid il-Kbir – Sena Ċ

Ħadd il-Għid Fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt (ma jkunx hawn quddiesa fid-9.00am). Fl-10.00am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta, 19 ta’ April fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella għand is-Sorijiet. Ringrazzjament Nirringrazzjaw lil: Kunsill Lokali u l-Pulizija għad-disponibbiltà u s-servizz tagħhom […]

Ħadd il-Palm – Sena Ċ

Ġimgħa Mqaddsa – Ħadd il-Palm Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Fid-9.30am issir iċ-ċerimonja tat-tberik taż-żebbuġ f’Misraħ l-Isptar u wara ssir purċissjoni sal-Knisja fejn tkompli l-quddiesa. Infakkar li l-quddiesa tad-9.00am ma ssirx minħabba din iċ-ċelebrazzjoni. Pellegrinaġġ tad-Duluri Il-Ħadd, 10 ta’ April, filgħaxija se jsir il-pellegrinaġġ tad-Duluri. Għaldaqstant għada (illejla) l-ewwel […]