Author: admin

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Quddies tal-Ħadd, 3 ta’ April Minħabba li l-Ħadd filgħodu s-saċerdoti mistennija jieħdu sehem fil-quddiesa li l-Papa se jiċċelebra fuq il-Fosos, l-aħħar quddiesa filgħodu tkun tat-8.00am. Filgħaxija jkun hemm quddies fil-5.30pm u fis-7.00pm, u fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun hemm quddiesa fis-6.30pm. Tibdil fil-ħin tal-quddies fost il-ġimgħa Minn nhar it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun fis-7.00pm. […]

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Eżerċizzji Spiritwali għall-Koppji Minn nhar it-Tnejn, 28 ta’ Marzu, jibdew l-Eżerċizzi għall-koppji wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Imexxi Fr Kevin Schembri. Ħinijiet tal-Quddies Qed naqilbu għal ħin tas-sajf. Għal din il-ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tibqa’ fis-6.30pm. Minn nhar is-Sibt li ġej jinbidel il-ħin tal-quddies għall-5.30pm u s-7.00pm. Adorazzjoni fil-Parroċċa Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm bit-tema “L-Akbar […]

It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Ħamsin Sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali Is-Sibt, 19 ta’ Marzu, Dun Frans Bonnici u Dun Salvinu Micallef qegħdin jiċċelebraw il-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali tagħhom. Il-Ħadd mistednin ningħaqdu magħhom fil-quddiesa tat-8.00am biex inroddu ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju. Nifirħulhom u nawgurawlhom aktar ħidma pastorali fejjieda. Quddiesa għaż-Żgħażagħ Nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa għall-quddiesa tas-7.00pm (il-Ħadd) li se tkun animata b’mod […]

It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Laqgħa Kunsill Pastorali Parrokjali Nhar it-Tnejn jiltaqa’ l-Kunsilll Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm fis-sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħa Grupp tal-Kelma tal-Ħajja Nhar it-Tlieta fid-9.30am jiltaqa’ l-grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali. Adorazzjoni Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm b’tema marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan. Festa Liturġika San Ġużepp Nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu niċċelebraw il-festa ta’ San […]

L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp Nhar it-Tlieta fl-10.00am issir l-Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, immexxija mis-Soċju tal-MUSEUM Joe Fenech. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta wkoll, fl-4.30pm imiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ Padre Pio li tinkludi quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar. Adorazzjoin fil-Parroċċa Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm fuq it-tema tal-liturġija tat-Tieni Ħadd […]

It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ

Randan Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Marzu, nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes bi tħejjija għall-Festi tal-Għid. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-Irmied. Fil-5.00pm se ssir quddiesa animata għat-tfal u l-ġenituri. Fis-6.00pm tibda ċelebrazzjoni ta’ talb u adorazzjoni fil-bidu tar-Randan.  Fis-6.30pm quddiesa konċelebrata li fiha wkoll isir it-tqegħid tal-Irmied. Infakkru li dakinhar huwa jum ta’ sawm u astinenza. […]

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena Ċ

Adorazzjoni fil-Knisja Parrokjali Il-Ħamis 24 ta’ Frar, fis-6.00pm jkun hemm adorazzjoni qabel il-quddiesa bit-tema tal-liturġija tal-Ħadd. Laqgħa għall-Adolexxenti (Form 2) Il-Ħamis 24 ta’ Frar, fis-7.00pm ikun hemm laqgħa għall-adolexxenti li qiegħdin Form 2, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Min jixtieq jingħaqad ma’ dan il-grupp jista’ jattendi għal-laqgħa ta’ nhar il-Ħamis. Il-grupp taż-Żgħażagħ tal-Leġjun ta’ Marija Dan il-grupp […]

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena Ċ

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Frar, jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja, fid-9.30am, fis-sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali. Quddiesa għall-Miżżewġin Nhar l-Erbgħa, il-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa, flimkien mal-Azzjoni Kattolika Adulti, qed tistieden lill-koppji miżżewġin għall-quddiesa tas-6.30pm, organizzata b’mod speċjali għalihom. Dawk il-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom huma mistiedna li jidħlu fis-sagristija u […]

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena ċ

Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp It-Tlieta, 8 ta’ Frar, fl-10.00am issir Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, immexxija mis-Soċju tal-MUSEUM Joe Fenech. Laqgħa grupp Padre Pio It-Tlieta, 8 ta’ Frar, fl-4.30pm jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda bil-quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar. Laqgħa għall-adolexxenti It-Tlieta, 8 ta’ Frar, fis-7.00pm imiss laqgħa oħra […]

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Kandlora Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar nagħmlu l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, magħrufa bħala l-Kandlora. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa kantata u fiha jsir it-tberik tax-xemgħa. Adorazzjoni Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm qabel il-quddiesa bit-tema tal-liturġija tal-Ħadd. Adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-xaħar, wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija, li tintemm […]