Author: admin

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Kandlora Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar nagħmlu l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, magħrufa bħala l-Kandlora. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa kantata u fiha jsir it-tberik tax-xemgħa. Adorazzjoni Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm qabel il-quddiesa bit-tema tal-liturġija tal-Ħadd. Adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-xaħar, wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija, li tintemm […]

It-Tielet Ħadd matul is-Sena Ċ

Laqgħat għaż-Żgħażagħ fiċ-Ċentru ta’ Warda Nhar l-Erbgħa se jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp taż-Żgħażagħ li għalihom mistednin żgħażagħ minn Form 3 (Year 9) ’il fuq. Il-laqgħa tibda fis-7.30pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Se nibdew ukoll grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li għadda, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena 2009 (Form 2). L-ewwel laqgħa għal dan […]

It-Tieni Ħadd matul is-Sena Ċ

Għaqda Nsara Nhar it-Tlieta, 18 ta’ Jannar, tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara. Ejjew matul din il-ġimgħa, li tiġi mfakkra mad-dinja kollha, nitolbu sabiex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom. Il-Ħadd, 23 ta’ Jannar , fil-quddiesa tal-10.00am se niftakru u nitolbu għall-Għaqda tal-Insara. Nistiednu lill-familji bit-tfal sabiex jattendu.  Laqgħa Grupp tal-Kelma tal-Ħajja […]

Festa tal-Magħmudija tal-Mulej – Sena Ċ

Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp Nhar it-Tlieta fl-10.00am se terġa’ tibda ssir l-Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, immexxija mis-soċju tal-MUSEUM Joe Fenech. Laqgħa tal-Grupp Padre Pio It-Tlieta fl-4.30pm imiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ Padre Pio li tinkludi quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar. Adorazzjoni fil-Parroċċa Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fis-6.00pm qabel […]

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena Ċ

Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ Il-Ħadd, 2 ta’ Jannar, ikollna quddiesa b’mod speċjali għaż-żgħażagħ fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu liż-żgħażagħ kollha tal-parroċċa tagħna sabiex jieħdu sehem.  Ġbir għall-karita’ Il-ġabra li saret b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-Knisja Arċipretali u fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù laħqet somma sabiħa. L-offerti ta’ flus li ngħataw b’riżq id-dar tat-tfal St. Rita Home, immexxija mis-sorijiet Ursolini, […]

Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena Ċ

Kwaranturi Minn nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru sal-aħħar tas-sena jkollna l-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. Fit-8.30am issir l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija sa nofsinhar. Filgħaxija fil-5.00pm ikun hawn siegħa adorazzjoni fis-skiet u fis-6.00pm tingħad it-talba tal-Għasar. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-quddies ikun bħas-Sibt, jiġifieri fil-5.00pm u fis-6.30pm, b’din tal-aħħar tkun quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fiha […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Tberik tal-Bambini Il-Ħadd, 19 ta’ Diċembru, fil-quddiesa tal-10.00am se jsir it-tberik tal-Bambini. Inħeġġu l-familji bit-tfal sabiex jattendu. Novena tal-Milied Matul din il-ġimgħa fil-quddiesa ta’ filgħaxija nkomplu bin-Novena tal-Milied u fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali. Laqgħa tal-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja Nhar it-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.15am fil-kamra ta’ wara ċ-Ċenaklu. […]

It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Laqgħa tal-Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp Padre Pio li tibda bil-quddiesa fl-4.30pm. Novena tal-Milied Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali. Programm tal-Festi tal-Milied Intom […]

It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Laqgħa Kunsill Pastorali Parrokjali Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Diċembru jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm. Festa tal-Kunċizzjoni Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru niċċelebraw is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Għalkemm mhix festa kmandata, ikun jixraq li nieħdu sehem fil-quddiesa. Dakinhar fis-7.30am u fis-6.00pm se tingħad it-talba tar-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Il-quddies fil-Knisja Arċipretali ikun bħal nhar ta’ xogħol. Kunċert […]

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Bidu tal-Avvent Fil-bidu ta’ dan iż-żmien tal-Avvent fil-quddiesa ta’ nhar il-Ħadd fl-10.00am, isir it-tberik tal-girlanda tal-avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda  magħhom ħalli titbierek. Intenzjonijiet tal-Quddies Dawk li jixtiequ jiktbu xi quddies għall-qraba tagħhom bejn Jannar u Ġunju tas-sena li ġejja, huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lis-saċerdoti. Il-prattika fil-parroċċa tagħna hija li fil-quddiesa ta’ […]