L-Aħħar Jum tas-Sena Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar huwa l-aħħar jum tas-sena. Ikun hawn il-quddiesa tal-5.15pm. Fis-6.30pm quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fi tmiem il-quddiesa, issir purċissjoni fil-knisja bl-Ewkaristija u jitkanta t-Te Deum. Nhar it-Tnejn, l-Ewwel Jum tas-Sena, Solennità ta’ Marija Omm Alla, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Filgħaxija jkun […]
Author: admin
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena B
Quddies lejliet u nhar il-Milied Lejlet il-Milied fl-4.30pm ikun hawn il-qrar, waqt li fil-5.15pm u fis-6.30pm ikollna l-quddies tal-ħin. Fis-6.00pm toħroġ dimostrazzjoni mill-qasam tal-MUSEUM tas-subien li tintemm fil-Knisja Arċipretali għas-7.15pm, fejn issir ċelebrazzjoni mmexxija mill-membri tal-MUSEUM. Fil-10.45pm tibda Velja bil-kant, qari u l-prietka mit-tfal segwita mill-quddiesa tal-Lejl tal-Milied għall-11.15pm. Nitolbukom issegwu l-programm li kopji tiegħu […]
It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena B
Kunċert tal-Milied Is-Sibt, 16 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn kunċert tal-Milied mill-Kor Cappella Sanctae Catherinae. Jibda fis-7.30pm u kulħadd huwa mistieden. Tberik tal-Bambini Il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-Bambini. Għalhekk inħeġġu lill-familji jattendu u nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom il-Bambin jew xi presepju żgħir li jintramaw fid-dar biex jitbierku. […]
It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena B
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja u Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta, 12 ta’ Diċembru fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja. Il-laqgħa se ssir fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-sorijiet. Filgħaxija jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Piju li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju fil-Knisja Arċipretali u tkompli bil-quddiesa tas-6.30pm. Novena tal-Milied Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. […]
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena B
Ġabra Speċjali Fl-ewwel Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom. Bidu tal-Avvent Fil-bidu tal-Avvent fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Filgħaxija nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom. Rużarju Meditat Il-Ħamis, 7 […]
Solennita’ ta’ Kristu Sultan – Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ Kristu Sultan Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, l-Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu. Laqgġa ta’ Riflessjoni Nhar it-Tlieta (28/11), bi preparazzjoni għal-Liturġija tal-Ħadd, ikollna l-ewwel laqgħa ta’ riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, fis-7.00pm, fil-Knisja […]
Tlieta u tletin Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għar-Romol It-Tlieta, 21 ta’ Novembru jkun hawn laqgħa għar-romol li tibda bil-quddiesa tat-8.00am fil-Knisja Arċipretali u wara laqgħa għalihom fis-Sala tas-Sorijiet. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta, fil-kappella għand is-sorijiet ikun hemm Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fl-10.00am. Ċentru Żgħażagħ ta’ Warda Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se nibdew grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena […]
Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ San Martin Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fil-quddiesa tad-9.30 am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. Tberik tal-Oqbra Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Laqgħa Grupp tal-Kelma tal-Ħajja It-Tlieta, 14 ta’ Novembru, jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet. Laqgħa Grupp […]
Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u t-3.30pm. Adorazzjoni Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis, fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6.00pm qabel il-quddiesa. […]
Tletin Ħadd matul is-Sena A
Ħinijiet tal-Quddies Infakkru li l-ħin tal-quddies filgħaxija mhux se jinbidel: jiġifieri l-quddiesa ta’ filgħaxija matul il-ġimgħa tibqa’ fis-6.30pm u s-Sibt filgħaxija l-ħin tal-quddies jibqa’ fil-5.15pm u fis-6.30pm. Fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-ħin tal-quddies mit-Tnejn sal-Ħadd ikun fis-6.15pm. Festa tal-Qaddisin Kollha L-Erbgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin Kollha, se ssir quddiesa għat-tfal fil-Knisja Arċipretali fis-6.00pm. […]