Author: admin

Dsatax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Marija Assunta Is-Sibt 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u jixraq li nqaddsu din il-ġurnata billi nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am, imma ma jkunx hawn tal-11.00am u filgħaxija ikun hawn quddies fil-5.15pm u fis-6.30pm). Lejlet il-festa, il-Ġimgħa filgħaxija, ikun […]

Tmintax -il Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni Il-Ħamis (6/8) fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li fiha tingħad il-kurunella u ssir id-devozzjoni tal-Ħniena Divina.  L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Il-Ġimgħa (7/8), l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar nitolbu għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi. Ħarġa għal Għawdex L-Erbgħa li ġej (5/8), […]

Sbatax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ San Ġużepp  Il-Ħadd, 26/07, fit-8.00am ikollna il-quddiesa solenni li se tkun immexxija mill-Arċipriet, bil-paniġierku minn Mons. Brendan Gatt. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji.  Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali. Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż […]

Sittax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin Għada l-Ħadd (19/07) għall-quddiesa tal-familja tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet b’rabta ma’ Jum in-Nanniet, qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Festa ta’ San Ġużepp Matul […]

Ħmistax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin – Jum in-Nanniet Il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, se niċċelebraw Jum in-Nanniet. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom. Attivita’ għat-Tfal It-Tlieta 21 ta’ Lulju se nkunu qed norganizzaw attivita’ tas-sajf għat-tfal minn […]

Erbatax -il Ħadd matul is-Sena A

Kors ta’ Kana Nerġgħu nfakkru lill-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin u li għad iridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana, li fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet. Offerta għall-Papa Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala […]

Tlettax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ San Pietru u San pawl It-Tnejn 29 ta’ Ġunju, niċċelebraw is-Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Adorazzjoni Il-Ħamis 2 ta’ Lulju ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm qabel il-quddiesa. L-intenzjoni waqt din l-adorazzjoni tkun għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Talb għall-vokazzjonijiet Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara […]

Tnax -il Ħadd Matul is-Sena A

Jum il-Missier Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier, għalhekk nifirħu lill-missirijiet kollha u nitolbu għalihom. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 23 ta’ Ġunju jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Festa tal-Qalb […]

Festa tal-Patrun tagħna San Filep

Festa ta’ San Filep Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Il-Ħadd, 14/6 fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-Provinċjal tas-Salesjani Fr Eric Cachia SDB, bil-paniġierku minsuġ mill-Kanonku Dun Antoine Borg. Fil-5.30pm quddiesa bis-Salmi tal-Għasar u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Adorazzjoni It-Tlieta 16 ta’ Ġunju, fl-9.45am fil-kappella għand is-Sorijiet […]

Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej – Sena A

Festa ta’ San Filep Preżentazzjoni tat-tfal u tat-trabi Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu mis-sena l-oħra ’l hawn. Dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew iwieġbu l-email li jirċievu mill-parroċċa. Ġabra Speċjali għall-Festa Ikun apprezzat jekk tikkontribwixxu €10 minn kull familja għall-festa, jew kemm tistgħu, […]