Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Anniversarju Leġjun ta’ Marija

Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru, fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù se jkun hemm adorazzjoni, rużarju u quddiesa ta’ ringrazzjament. L-adorazzjoni tibda fis-7.15pm u fit-7.45pm toħroġ il-quddiesa.  Kulhadd mistieden li jattendi.

Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix festa kmandata, tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jqaddes din il-ġurnata bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol u fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun hemm quddiesa fis-6.15pm.

Ringrazzjament – Fr Andfrew Żammit

Fr Andrew Zammit li kien qiegħed iservi fil-parroċċa tagħna ġie mitlub  jkompli jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Imqabba. Nhar is-Sibt li ġej 9 ta’ Settembru, nistedinkom ningħaqdu miegħu fil-quddiesa tal-5.15 pm biex nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu fil-parroċċa tagħna u nawgurawlu għall-ħidma l-ġdida.

Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa tagħna jew minn hawn.  

Dati ta’ l-Ewwel Tqarbina

Id-dati tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla (2024) huma is-Sibt 18 ta’ Mejju, fil-4.30pm għall-bniet, u l-Ħadd 19 ta’ Mejju fid-9.15am għas-subien.

Quddiesa u Adorazzjoni fil-Kappella tas-Seminarju

Kull tieni Sibt tax-xahar, fil-Kappella tas-Seminarju ir-Rabat, ser jibda jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-Vokazzjonijiet. L-ewwel laqgħa ser issir nhar is-Sibt li ġej 9 ta’ Settembru u tibda fil-5.30pm.

Korsijiet fuq il-Ħajja Nisranija

Il-Pastoral Formation Institute qed joffri ’l fuq minn 17-il kors differenti għal min jixtieq japprofondixxi aktar fuq il-ħajja nisranija, jew fis-servizz li jagħti fil-komunità. Dawk interessat jistgħu jsib aktar informazzjoni fil-poster li hemm fin-noticeboard jew fuq is-sit.

Ġabra Speċjali

Il-Ħadd, 3 ta’ Settembru huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u ser issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu

permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Philip Mifsud, Karmenu Agius u Philip Vella li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Wieħed u għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Magħmudija

Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. 

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Filgħaxija fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni minflok dik li s-soltu ssir nhar ta’ Ħamis. 

Festa tat-Twelid tal-Madonna

Fit-8 ta’ Settembru, festa tat-Twelid tal-Madonna, se jsir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq fis-7.00pm. Min hu interessat ikellem lil Maria Cardona. 

Reffiegħa vara tad-Duluri

Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara tad-Duluri jew jagħmlu forċina waqt il-purċissjoni li se ssir fis-17 ta’ Settembru huma mitluba li jinkitbu fis-Sagristija. 

Laqgħa “Encountet”

Infakkru fil-laqgħa li se ssir nhar il-Ġimgħa, fit-8.00pm, fiċ-Ċentru Ta’ Warda bl-isem “Encounter” għall-barranin li qegħdin jgħixu fil-parroċċa tagħna. Jekk hawn min jaf b’xi barranin li jgħixu fil-qrib tiegħu, ikun apprezzat li tmexxu l-kelma magħhom.   

On Friday 1st September, at 8.00pm, there will be a meeting entitled     “Encounter” for foreigners residing in our parish at Ta’ Warda Centre. We invite all foreigners to meet, get to know each other as one community and voice their suggestions to the parish. Foreigners interested may talk to the helpers who will be at the back of the church after Mass. 

Nitolbu għal oħtna Dolores Cilia, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni

Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.    

Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-Parroċċa tagħna

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, fit-8.00pm, se ssir laqgħa bl-isem “Encounter” għall-barranin li qegħdin jgħixu fil-parroċċa tagħna, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Inħeġġu lill-barranin biex jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin bħala komunità u jaqsmu suġġerimenti magħna fil-parroċċa permezz ta’ din il-laqgħa. Dawk il-persuni barranin interessati li jattendu jistgħu jkellmu lill-helpers li se jkunu fuq wara tal-Knisja wara l-quddiesa.   

On Friday 1st September, at 8.00pm, there will be a meeting entitled “Encounter” with foreigners residing in our parish at Ta’ Warda Centre. We invite all foreigners to meet, get to know each other as one community and voice their suggestions to the parish. Foreigners interested may talk to the helpers who will be at the back of the church after Mass.

Dsatax-il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Marija Assunta

It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am, u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, it-Tnejn filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.  

Festa Santa Marija f’Ħal Muxi

F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja ddedikata lilha f’Ħal Muxi. Bi preparazzjoni, matul il-ġranet qabel il-festa, fis-7.15pm ikun hemm rużarju u quddiesa. Nhar it-Tlieta, jum il-festa, ikun hemm quddiesa fit-8.00am; fl-10.00am quddiesa għat-tfal u fis-7.30pm quddiesa tal-festa. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet marbutin ma’ din il-festa ssibuhom fil-programm li hemm fin-noticeboards.  

Ġabra Speċjali

Il-ġabra speċjali li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-knisja kienet ta’ €1,240. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.  

Nitolbu għal Sylvia Gauci li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

Trasport għall-velja ta’ Talb

Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar it-Tnejn 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Dawk li huma interessati u jixtiequ jattendu ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.

Adorazzjoni u Kurunella tal-Ħniena Divina

Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Awwissu fis-sitta ta’ filgħaxija, qabel il-quddiesa ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni li fiha tingħad il-kurunella tal-Ħniena Divina.

Ħarġa għal Għawdex

Għad fadal ftit postijiet għall-ħarġa għal Għawdex li se ssir nhar l-Erbgħa li ġej 9 ta’ Awwissu. Il-private titlaq fis-7.00am minn ħdejn il-posta. Min jixtieq jattendi għandu javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-fundraising.

Ġabra Speċjali

Il-Ħadd 6 ta’ Awwissu huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar, u għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Philip Borg, Antonia Vassallo u Mario Vella, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena A

Festa San Ġużepp

  • Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku minn Patri Joseph Zahra OP. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am (mhux fid-9.30am) għat-tfal u l-familji.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,075. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu.

Adorazzjoni

Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Trasport għall-Velja ta’ Talb f’Ta’ Pinu

Se jigi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Qiegħed jiġi organizzat trasport; għalhekk dawk  li jixtiequ jattendu u jibbukkjaw ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.

Indulġenza tal-Porzjunkola

Bejn nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta 1 ta’ Awwissu u filgħaxija ta’ nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu wieħed jista’ jikseb l-indulġenza magħrufa bħala Tal-Porzjunkola. Din l-indulġenza kien talabha San Franġisk innifsu 800 sena ilu, f’dehra li kellu ta’ Ġesù, bl-iskop li l-bnedmin jaqilgħu l-maħfra ta’ dnubiethom u jinħelsu mill-pieni tal-purgatorju. Biex wieħed jikseb din l-indulġenza għandu jżur xi Knisja Franġiskana jew Knisja Parrokkjali, jitlob il-Missierna, il-Kredu u skont l-intenzjoni tal-Papa, u jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’xi ġurnata qrib dawn il-ġranet.

Nitolbu għal ħutna Karmena Cassar, Karmena Byers, Emanuel Cutajar u Philip Ciantar, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Sittax-il Ħadd matul is-Sena A

Jum in-Nanniet

Fuq xewqa tal-Papa, dan il-Ħadd qed niċċelebraw Jum in-Nanniet, qrib tal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Għall-quddiesa tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet mal-familji tagħhom.

Festa San Ġużepp

Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp:

  • It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
  • Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu jiem tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Clive Camilleri OFM. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
  • Is-Sibt, l-aħħar jum tat-Tridu, fis-6.00pm isir l-Ewwel Għasar kantat u fis-6.30pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta Te Deum u Barka Sagramentali.
  • Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am issir il-quddiesa solenni bil-paniġierku minn Patri Joseph Zahra OP. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitolbukom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Esperjenza fl-Albanija

F’isem il-grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tagħna li dan l-aħħar kellhom esperjenza ġewwa Durres, l-Albanija, nirringrazzjawkom għad-donazzjonijiet miġbura b’risq din il-missjoni. Is-somma miġbura ta’ €7,000 intużat biex jiġu finanzjati diversi proġetti li twettqu fil-parroċċa ta’ San Ġorġ immexxija mill-Patrijiet Dumnikani Maltin, fosthom sessjonijiet edukattivi u summercamp għat-tfal u żgħażagħ, rinovazzjoni tal-area ta’ rikreazzjoni u xiri ta’ apparat teknoloġiku għaċ-ċentru parrokkjali.

Premju Papa Ġwanni XXIII

Nifirħu lil Luigi Zammit, żagħżugħ mill-parroċċa tagħna, li ġie mogħti l-premju Papa Ġwanni XXIII bħala rikonoxximent għall-qalb tajba tiegħu u l-impenn favur min hu batut.

Nitolbu għal oħtna Karmena Cilia li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Jum in-Nanniet

Il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju, fuq xewqa tal-Papa Franġisku, se jkun qed jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet. Għalhekk il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom.

Festa San Filep 2024

Minħabba li s-sena d-dieħla il-Festa ta’ San Filep ser tiġi mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, nixtieq ninfurmakom li l-festa ser tiġi iċċelebrata Ħadd qabel, fit-2 ta’ Ġunju.

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm tal-Festa ta’ San Ġużepp li ser niċċelebrawha il-Ħadd 30 ta’ Lulju. Miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitlobkom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Lejla Maltija fid-Dar tal-Kleru

Id-Dar tal-Kleru, li tilqa’ fiha saċerdoti anzjani u morda, ser torganizza Lejla Maltija fid-dar stess, l-Erbgħa 26 ta’ Lulju, mis-7.00pm ’il quddiem. Aktar dettalji issibuhom fil-poster li hemm fin-Notice Boards tal-Knisja.

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena A

Żgħażagħ fl-Albanija

Matul din il-ġimgħa grupp ta’ 14-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna se jkunu qed jibdew esperjenza ta’ volontarjat ġewwa l-Albanija flimkien mal-Patrijiet Dumnikani Maltin. Nawgurawlhom għal din l-esperjenza u nżommuhom fit-talb tagħna.

Magħmudija

Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Kors ta’ Kana

Infakkru lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin li huwa meħtieġ li jagħmlu l-Kors ta’ Kana. Idealment dan il-kors isir sentejn qabel it-tieġ. Fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda fis-27 ta’ Settembru u jkompli matul ix-xahar ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ jirreġistraw għall-kors huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.

Korsijiet fil-Fakulta tat-Teoloġija

Il-Fakulta’ tat-Teologija fl-Univesita’ ta’ Malta tixtieq tavża li f’Ottubru li ġej se jiftħu korsijiet b’temi varji – il-Bibbja, l-istorja tal-Knisja, il-patrimonju ekkleżjastiku, il-bioetika u morali, l-ambjent, il-filosofija, u ħafna oħrajn. Hemm il-possibbilta’ li wiehed isegwi kors mhux biss full-time iżda wkoll part-time, u dan parti minnu jsir online. Min hu interessat jista’ jżur is-sit tal-Fakulta’ tat-Teoloġija.

Ħarġa għall-Baħar

Infakkru li nhar it-Tlieta jkun hemm l-ewwel ħarġa għall-baħar. Tluq minn ħdejn il-Posta fit-8.30am u jiġu lura fis-2.00pm. Min hu interessat ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-Grupp tal-Fundraising.

Nitolbu għal ħutna Miriam Anna Liza Sciortino, Raymond Bone u Alfred Abela, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tlettax-il Ħadd matul is-Sena A

Laqgħa għall-ġita tal-Polonja

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju se ssir laqgħa għal dawk li nkitbu għall-ġita tal-Polonja. Il-laqgħa se ssir fis-sala għand is-sorijiet fil-5.00pm.

Ġabra għall-Papa

Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,300. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ dawk milqutin minn diżastri naturali, gwerer u emerġenzi oħra.

Ħarġiet għall-Baħar

Infakkru fil-ħarġiet għall-baħar kull nhar ta’ Tlieta wara nofsinhar organizzati mill-Grupp tal-Fundraising. L-ewwel ħarġa se tkun nhar it-Tlieta li ġej. Tluq fit-8.30am minn ħdejn il-posta. Min hu interessat ikellem lil xi ħadd mill-membri.

Laqgħa fl-Iskola Primarja

Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Lulju bejn l-4.30pm u s-7.00pm se ssir laqgħa fl-iskola primarja bit-tema Qatt mhu Tard. Din il-laqgħa għandha l-iskop li tippromwovi l-edukazzjoni u l-ħiliet tul il-ħajja għal kull età. Aktar dettalji mill-Kunsill Regjonali tal-Punent (Tel: 2226 6603).