Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Attivita’ għat-Tfal

Nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru bħala parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ oħra għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 bl-isem ta’ Darna d-Dinja. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Griżma tal-Isqof 2022

Il-ġenituri tal-adolexxenti li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru din is-sena qegħdin jiġu nfurmati miċ-ċentri dwar l-għażla tal-parrinu jew parrina. Min jixtieq aktar informazzjoni jew ma jirċevix permezz ta’ email miċ-Ċentri tad-Duttrina jista’ jkellimna fis-sagristija.

Xogħol ta’ Restawr fil-Parroċċa

Bħalma tistgħu taraw qed jintrama scaffolding quddiem il-prospettiva tal-artal tal-Erwieħ biex isir tindif u restawr, waqt li fil-ġranet li ġejjin il-kwadru tal-Erwieħ għandu jittieħed għar-restawr. Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-koppla minn barra għaddej b’ritmu tajjeb. Id-donazzjonijiet li ngħataw għal dan il-proġett laħqu s-somma ta’ €18,560. Nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu.

Nitolbu għal ħutna Giuseppa Ferranti u Saviour Cortis, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Santa Marija

It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Illum/Għada l-Ħadd, lejlet il-festa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-7.00pm.

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp, għand is-Sorijiet.

Ħarġiet kull nhar ta’ Ħamis

Qed jiġu organizzati attivitajiet u ħarġiet kull nhar ta’ Ħamis mill-Grupp Kelma tal-Ħajja tal-parroċċa tagħna. Dawk interessati li jattendu, jikkuntattjaw lil Ms Carmen Cilia.

Nitolbu għal ħutna Inez Chircop u Doris Grima, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Dsatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Trasport għall-velja ta’ talb – Santwarju Ta’ Pinu (Għawdex)

Infakkrukom li se jiġi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd li ġej 14 ta’ Awwissu.  It-trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Min jixtieq jattendi u għadu ma nkitibx hu mitlub li jħalli ismu u n-numru tat-telefon fis-sagristija sa nhar l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu.

Festa ta’ Santa Marija

It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Lejlet il-festa, il-Ħadd 14 ta’ Awwissu filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-7.00pm.

L-Arċipriet f’Agira

Fuq stedina tal-Priore (Kappillan) tal-Abbazia ta’ San Filep f’Agira, Dun Carmelo Giunta, se nkun qiegħed nieħu sehem fil-festa li ssir ad unur tal-Qaddis nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. Se nkun qed niċċelebra quddiesa lejlet il-festa filgħaxija u f’nhar il-festa se mmexxi l-purċissjoni bir-relikwa ta’ San Filep. Inwegħdkom it-talb tiegħi bl-interċessjoni tal-Patrun tagħna.

Nitolbu għal ħutna Filomena Muscat, Alan Gulia, Dorothy Ann Borg,  u William Attard, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Tmintax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa ta’ San Ġużepp

  • Il-Ħadd fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku minn Mons. Joseph Zammit. Ma jkunx hawn il-quddiesa tad-9.00am.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,000. Nirringrazzja lil kull min jagħti s-sehem tiegħu.

Trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta

Se jigi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu.  Min hu interessat jinkiteb fis-sagristija, iħalli n-numru tat-telefon u jiġi kkuntattjat lura bid-dettalji.

Nitolbu għal ħutna Grace Attard u Evangelista Micallef, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa ta’ San Ġużepp

  • It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
  • Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Martin Coleiro ofm. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
  • Is-Sibt, l-aħħar Tridu, fis-6.30pm isir l-Ewwel Għasar kantat u fis-7.00pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta Te Deum u Barka Sagramentali.
  • Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku mill-Kanonku Joseph Zammit. Ma jkunx hawn il-quddiesa tad-9.00am. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitlobkom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Attivita’ għat-Tfal

Nhar il-Ħamis ikollna l-attivita’ għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.00pm. Tibda b’quddiesa u wara jkun hemm krafts u logħob. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li t-tfal tagħhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Ħarġa għal Għawdex

Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa għal Għawdex. Tluq minn ħdejn il-posta fis-7.00am. Min jixtieq jattendi javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-Fundraising.

Sittax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, qabel il-quddiesa, bit-tema tal-Liturġija tal-Ħadd.

Attivita’ għat-Tfal

Il-Ħamis, 28 ta’ Lulju bħala Parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 bl-isem ta’ Xibka ta’ Mħabba. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Nitolbu għal ħutna Emanuela Camilleri, Maria Anna Cardona u Philip Mallia, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Kors ta’ Kana

Infakkru lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin li huwa meħtieġ li jagħmlu l-Kors ta’ Kana. Idealment dan il-kors isir sentejn qabel it-tieġ. Fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda nhar it-Tlieta, 27 ta’ Settembru, u jkompli matul ix-xahar ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ jirreġistraw għall-kors huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali fejn jingħataw aktar dettalji.

Adorazzjoni

Nhar ta’ Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni fis-6.30pm, qabel il-quddiesa, bit-tema tal-Liturġija tal-Ħadd li ġej.

Restawr tal-Koppla

Il-proġett tar-restawr tal-koppla miexi sew. Il-kontribuzzjonijiet li offrew diversi minnkom laħqu s-somma ta’ €16,800. Nirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu u nappella għall-ġenerożità tagħkom.

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Quddiesa waħda nhar ta’ Ħadd

Infakkru li minn dan il-Ħadd filgħaxija jibda jkun hawn quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-5.30pm.

Offerta għall-Papa

Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma €1,942. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ dawk milqutin minn diżastri naturali, gwerer u emerġenzi oħra.

Ħarġiet għall-baħar

Infakkru fil-ħarġiet għall-baħar kull nhar ta’ Tlieta wara nofsinhar organizzati mill-Grupp tal-Fundraising. L-ewwel ħarġa se tkun nhar it-Tlieta li ġej. Min hu nteressat ikellem lil xi ħadd mill-membri.

Nitolbu għal ħutna Miriam Galea, Ġanni Borg u Carmen Sultan, li mietu matul din il-ġimgħa: Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Visitazzjoni

Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju, ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Viżitazzjoni, fil-kappella ta’ Wied Qirda. Ikun hemm quddiesa fis-6.00pm. Il-Kappella tkun miftuħa għall-pubbliku fil-5.00pm.

Adorazzjoni

Nhar il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ Adorazzjoni fis-skiet li tagħlaq bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’

Il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fis-Santwarju. Fis-6.30pm quddiesa solenni tal-festa u wara ssir purċissjoni bl-Ewkaristija madwar il-Knisja.

Klabb għas-Sajf għall-adolexxenti

Infakkru li matul dan is-sajf se jsir summer club għall-adolexxenti li twieldu fis-snin 2009 u 2010 (ċjoe’ dawk li huma Form 1 u Form 2 fl-iskola) organizzat miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda, bil-għan li l-adolexxenti li jattendu jkomplu jiffurmaw ruħhom f’ambjent tajjeb.

Dawk li huma interessati għandhom ikellmu lil Fr Mario Dimech.

Quddies il-Ħadd filgħaxija

Minn nhar il-Ħadd, 3 ta’ Lulju filgħaxija, ser jibda jkun hawn quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-5.30pm.

Obolo di San Pietro (Offerta ta’ San Pietru)

Il-Ġbir li qed isir fil-quddies kollu fid-djoċesi ta’ Malta se jkun mogħti lil Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra.

Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna f’April li għadda.

Solennita’ ta’ Corpus Domini – Sena Ċ

Corpus Domini

Qegħdin niċċelebraw is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Domini). Filgħaxija (il-Ħadd) fis-6.00pm, issir quddiesa solenni u wara toħroġ il-purċissjoni bl-Ewkaristija li tgħaddi minn Triq il-Parroċċa, Triq San Ġużepp, Triq Sidtna tal-Anġli, Triq il-Kbira u Misraħ San Filep. Inħeġġiġkom biex nieħdu sehem fil-purċissjoni b’qima u b’imħabba lejn Ġesu’ Ewkaristija. Il-Ħadd filgħaxija l-quddiesa tas-7.00pm ma ssirx.

Għotja tad-demm

Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju bejn it-8.00am u s-1.00pm se jkun hawn il-Mobile Blood Unit biex min jixtieq u jista’ jagħmel offerta tad-demm. Huwa ġest sabiħ u ġeneruż li bih tista’ ssalva l-ħajja ta’ ħaddieħor. Importanti li wieħed jippreżenta l-karta tal-identità.

Laqgħa Lunsill Pastorali Parrokjali

It-Tnejn, 20 ta’ Ġunju, jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30pm.

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ikun hawn l-espożizzjoni solenni ta’ Ġesù Ewkaristija għall-adorazzjoni fis-skiet sa nofsinhar. Fis-7.00pm quddiesa solenni u wara toħroġ il-purċissjoni.

Offerta ta’ San Pietru

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej 25 u 26 ta’ Ġunju, se issir il-Ġabra magħrufa l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna f’April li għadda.

Klabb għall-adolexxenti (għas-Sajf)

Matul dan is-sajf se jsir summer club għall-adolexxenti li twieldu fis-snin 2009 u 2010 (ċjoe’ dawk li huma Form 1 u Form 2 fl-iskola) organizzat miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda, bil-għan li l-adolexxenti li jattendu jkomplu jiffurmaw ruħhom f’ambjent tajjeb. Dawk li huma interessati għandhom ikellmu lil Fr Mario Dimech.

Nitolbu għal ħutna Charles Camilleri u Louis Buhagiar, li mietu matul din il-ġimgħa u għall-missirjiet kollha mejtin. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.