Ħin tas-Sajf Infakkru li l-ħinijiet tal-quddies se jibqgħu kif inhuma u ma jkunx hemm tibdil. Via Sagra għat-Tfal It-Tnejn u t-Tlieta, 27 u 28 ta’ Marzu, se tiġi organizzata Via Sagra għat-tfal fil-5.30pm fil-Knisja Arċipretali. It-tfal jattendu fil-ġurnata li ġiet indikata lilhom miċ-Ċentri tal-Katekiżmu. Via Matris Nhar l-Erbgħa fis-6.00pm ikun hawn meditazzjoni fuq id-Duluri tal-Madonna […]
Author: admin
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena A
Solennita’ San Ġużepp It-Tnejn 20 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa kantata u wara ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda. Dawk li huma diġà miktuba fil-fratellanza huma mħeġġa li jissieħbu għal din il-quddiesa mal-fratelli l-ġodda. Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp It-Tlieta 21 ta’ Marzu, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp […]
It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena A
Quddiesa Speċjali għaż-Zgħażagħ Il-Ħadd, tnax ta’ Marzu, nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan. Eżerċizzi għall-Koppji Minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu jibdew l-Eżerċizzi għall-koppji wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Imexxi Mons. Frans Abdilla. Laqgħa Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio. Tibda fl-4.30pm […]
It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A
L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt fid-9.00am fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn l-Ewwel Qrara għat-tfal subien li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Quddiesa għaż-Żgħażagħ Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Marzu nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan. Katekiżmu tal-Bniet Is-Superjura tal-MUSEUM tavża li mhux se jsir tagħlim tal-Katekiżmu għall-bniet […]
It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A
Adorazzjoni Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu, ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm b’tema marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan, animata mill-Kummissjoni Liturġija. Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-barka sagramentali. L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu fid-9.00am, […]
Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 21 ta’ Frar jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-sala tas-Sorijiet fid-9.30am. Fl-10.00am ikun hemm adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp animata mis-Superjur Joe Fenech. Ras ir-Randan L-Erbgħa 22 ta’ Frar nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib u wara ssir quddiesa konċelebrata. Infakkar li nhar […]
Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A
Bake Sale b’risq il-Missjoni F’dan il-weekend fuq iz-zuntier qed isir Bake Sale b’risq il-missjoni li se jagħmlu grupp ta’ ħmistax-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ Fr Mario Dimech, ġewwa Durres, l-Albanija, fis-sajf li ġej. Huma se jkunu qed jgħinu lill-Patrijiet Dumnikani Maltin fi proġetti edukattivi u soċjali. Ħaġa sabiħa li ngħinuhom f’din l-inizjattiva. Laqgħa […]
Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma It-Tlieta 7 ta’ Frar se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma f’Ottubru li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (fid-Domus) fis-7.00pm. Festa ta’ San Pawl Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Jixraq li nqaddsu din il-ġurnata speċjali għalina l-Maltin billi nieħdu sehem […]
Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina Nhar it-Tlieta, 31 ta’ Jannar, se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (id-Domus), fis-7.00pm. Importanti li l-ġenituri jattendu. Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Kandlora Nhar il-Ħamis 2 ta’ Frar nagħmlu l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, magħrufa bħala l-Kandlora. […]
It-Tielet Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-koppji miżżewġgin Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa oħra għall-koppji miżżewġin fis-6.45pm fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali). In-Nutar Philip Ellul se jagħti taħdita dwar San Ġużepp u l-virtujiet tiegħu. Nitolbu għal ħutna Grace Tanti u Doris Chircop, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.