Author: admin

Għid il-Ħamsin – Sena B

L-Ewwel Tqarbina Nifirħu lit-tfal tal-parroċċa tagħna li qed jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù Ewkaristija. Festa San Filep Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għall-festa ta’ San Filep bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li tiftaħ il-festi u fit-7.45pm isir il-ħruġ solenni. Dakinhar issir ġabra speċjali b’riżq il-festa. Ġabra għall-Festa […]

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena B

Festa Liturġika San Filep Il-Ħadd 12 ta’ Mejju niċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ San Filep. Fid-9.15am nilqgħu lill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġorġ Frendo u fid-9.30am ikun hawn il-quddiesa solenni tal-festa. Qegħdin niċċelebraw ukoll Jum l-Omm. F’din il-ġurnata, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. L-Ewwel Tqarbina Is-Sibt 18 ta’ Mejju fl-4.30pm ikollna l-Ewwel Tqarbina għall-bniet u […]

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena B

Ġabra Speċjali Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju, huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar u ssir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom. Festa San Ġorġ Preca Il-Ħamis 9 ta’ Mejju niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun animata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Quddiesa għat-Tfal Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fid-9.30am ikun hawn quddiesa […]

Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena B

Festa San Ġużepp Ħaddiem Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju, Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol. Laqgħa Anniversarju tar-Relikwa Il-Ħamis 2 ta’ Mejju fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn it-tielet laqgħa marbuta mat-300 anniversarju mill-miġja tar-relikwa ta’ San Filep. F’din il-laqgħa Fr Charles Tabone O.P. se jitkellem fuq it-tema tal-evanġelizzazzjoni fil-kuntest tas-soċjetà […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena B – Jum il-Vokazzjonijiet

Jum il-Vokazzjonijiet Waqt li l-Knisja Universali qed tiċċelebra Jum il-Vokazzjonijiet, ningħaqdu ma’ Fr Malcolm Saliba fir-radd ta’ ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju li rċieva minn idejn l-Arċisqof. Waqt li nitolbu għalih, xieraq li nitolbu wkoll għal aktar vokazzjonijiet kemm saċerdotali kif ukoll reliġjużi. Nistedinkom biex nissieħbu miegħu għall-quddiesa li huwa se jiċċelebra fil-parroċċa nhar il-Ħadd […]

It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena B

Attivita’ tal-Ewwel Tqarbina Nhar it-Tnejn u l-Ħamis (15 u 18 t’April) se ssir attività fil-Knisja Arċipretali għat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-ħin ikun fil-5.15pm. Inħeġġu lill-ġenituri jġibu lil uliedhom fil-ġurnata indikata lilhom miċ-Ċentru fejn jattendu l-katekiżmu. Adorazzjoni u laqgħa tal-Fratelli It-Tlieta (16 t’April) fid-9.30am, fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li […]

It-Tieni Ħadd tal-Għid – Sena B

Festa tal-Ħniena Divina Il-Ħadd 7 ta’ April fil-5.30pm ikollna l-quddiesa u wara tkompli l-Adorazzjoni bil-Kurunella u t-talba tal-Ħniena Divina u l-Barka Sagramentali. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 9 ta’ April jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Filgħaxija ssir il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju.  Laqgħa formattiva dwar ‘Addiction’ Il-Ġimgħa 12 ta’ […]

Ħadd il-Għid

Ħadd il-Għid Fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Via Lucis Il-Ħamis 4 ta’ April fis-6.00pm se ssir il-Via Lucis b’meditazzjonijiet fuq il-misteru tal-Qawmien ta’ Kristu. Adorazzjoni Il-Ġimgħa 5 ta’ April, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikollna nofs siegħa adorazzjoni fis-skiet […]

Ħadd il-Palm – Sena B

Ġimgħa Mqaddsa Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Biex tkunu tistgħu ssegwu aħjar il-programm tal-festi tal-Għid, tistgħu tieħdu leaflet bid-dettalji u l-ħinijiet intom u ħerġin minn ħdejn il-bibien tal-knisja. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju L-Azzjoni Kattolika, permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali, matul dawn il-ġranet torganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Inħeġġukom biex ngħinu l-ħidma ta’ […]

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena B

Solennita’ ta’ San Ġużepp It-Tlieta 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġuzepp. Il-quddiesa tat-8.00am tkun dik tal-festa u fiha ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda. Dawk li jixtiequ jinkitbu fil-fratellanza huma mitluba jiktbu isimhom fis-sagristija. Fl-10.00am, fil-kappella tas-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li jmexxiha s-Superjur Joe Fenech. Filgħaxija ikun hawn riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li jmexxiha Rev. […]