Festa ta’ San Filep Preżentazzjoni tat-trabi/tfal Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu mis-sena l-oħra ’l hawn. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija. Dawk li ma rċevewx email b’dan l-avviż u jixtiequ jattendu mitlubin jagħtuna isimhom fis-sagristija. Ġabra Speċjali għall-Festa Ikun apprezzat […]
Author: admin
Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena Ċ
L-Ewwel Tqarbina Nifirħu lit-tfal tal-parroċċa tagħna li qed jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù Ewkaristija. Festa ta’ San Filep Nhar il-Ħadd (1/6) nagħtu bidu għall-festa ta’ San Filep bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li tiftaħ il-festi u fit-7.45pm isir il-ħruġ solenni. Dakinhar fil-quddies kollu ssir ġabra speċjali […]
Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena Ċ
Adorazzjoni It-Tlieta 20 ta’ Mejju, fil-Kappella ta’ San Ġużepp, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni li jmexxiha s-Superjur Joe Fenech. Laqgħa għall-Koppji Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa għall-koppji miżżewġa. Il-laqgħa se ssir fis-sala għand is-sorijiet u tibda fis-7.00pm. Imexxi l-laqgħa n-Nutar Dr Philip Ellul. L-Ewwel Tqarbina Is-Sibt 24 ta’ Mejju fl-4.30pm ikollna […]
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena Ċ
Jum l-Omm Qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm u għalhekk nitolbu għalihom ilkoll. F’din il-ġurnata, iċ-Ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Jum il-Vokazzjonijiet Il-Knisja Universali dan il-Ħadd tiċċelebra wkoll Jum il-Vokazzjonijiet. Imħeġġin nitolbu lil Sid il-ħsad jibgħat ħaddiema fl-għalqa Tiegħu. Festa Liturġika ta’ San Filep It-Tnejn 12 ta’ Mejju, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Filep, fis-6.30pm ikollna l-Quddiesa Solenni […]
It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena Ċ
Festa tal-Lunzjata Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Lunzjata fil-kappella dedikata lilha fi Triq il-Kbira. Is-Sibt (3/5) issir quddiesa fis-6.30pm u l-Ħadd (4/5) il-quddiesa tal-festa tkun fis-7.00pm u tagħlaq bil-Barka Sagramentali. Nofs siegħa qabel il-ħin tal-quddies tingħad it-talba tar-Rużarju. Konklavi Bħalma ħafna minna jafu, nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju se jingħata bidu għall-Konklavi għall-elezzjoni ta’ Papa ġdid. Permezz ta’ Ċirkulari maħruġa mill-Kurja, aħna mħeġġin nitolbu għall-Knisja Kattolika f’dan il-mument importanti u […]
It-Tieni Ħadd tal-Għid – Sena Ċ
Festa tal-Ħniena Divina Qegħdin nagħmlu l-Festa tal-Ħniena Divina. Għada/Illum fil-5.30pm ikollna l-quddiesa u wara tkompli l-Adorazzjoni bil-Kurunella u t-talba tal-Ħniena Divina u l-Barka Sagramentali. Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina It-Tlieta (29/04) fis-7.00pm se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (id-Domus). Festa […]
Ħadd il-Għid – Sena Ċ
Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt Ħadd il-Għid fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Adorazzjoni It-Tlieta (22/04) fl-10.00am fil-Kappella tas-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li tkun animata mis-Superjur Joe Fenech. Via Lucis Il-Ħamis (24/04) April fis-6.00pm se ssir Via Lucis b’meditazzjonijiet fuq il-misteru tal-Qawmien […]
Ħadd il-Palm – Sena Ċ
Il-Ġimgħa Mqaddsa Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju L-Azzjoni Kattolika, permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali, matul dawn il-ġranet torganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Inħeġġukom biex ngħinu l-ħidma ta’ karita’ li twettaq l-Azzjoni Kattolika ma’ familji u persuni fil-bżonn billi nagħtu xi offerta ta’ flus fil-kaxxa li hawn ħdejn l-altar. […]
Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Laqgħa għall-persunaġġi tal-Ġimgħa l-Kbira (ħwejjeġ privati) It-Tnejn (7/4) fis-6.30pm, fis-Sala Parrokkjali, ikollna laqgħa għal dawk li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bl-ilbiesi privati / personali. Dakinhar jinġabru wkoll it-tesseri li huma obbligatorji biex wieħed jieħu sehem fil-Purċissjoni. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta (8/4) fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-Sorijiet. Laqgħa dwar Beatifikazzjoni L-Erbgħa (9/4) se […]
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Adorazzjoni tas-Salib Il-Ħamis, 3 ta’ April, fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali se jkun hawn ċelebrazzjoni li fiha ssir l-adorazzjoni tas-salib. Waqt il-ħin tal-adorazzjoni se jkun hawn is-saċerdoti disponibbli għall-qrar. Wara l-adorazzjoni, għas-6.45pm, ikun hawn il-quddiesa. Festa Devozzjonali tar-Redentur Il-Ġimgħa, 4 ta’ April, tkun l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u nagħmlu l-festa devozzjonali tar-Redentur. Filgħodu wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn […]