Attivita’ għat-tfal f’Ta’ Warda It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, ikollna l-attivita’ għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand […]
Author: admin
Dsatax-il Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ Marija Assunta Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, l-Erbgħa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm. F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Ħal […]
Tmintax-il Ħadd matul is-Sena B
Velja ta’ talb – trasport Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. It-trasport jitlaq fl-4.15pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikellmu lil Joe Micallef (tal-Legion of […]
Sbatax-il Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ San Ġużepp Il-Ħadd, 28 ta’ Lulju fit-8.00am ikollna il-quddiesa solenni immexxija minn Mons. Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres, l-Albanija, bil-paniġierku minn Mons. Edward Xuereb. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u […]
Sittax-il Ħadd matul is-Sena B
Quddies Speċali għan-Nanniet Għada l-Ħadd, 21 ta’ Lulju, għall-quddiesa tal-familja tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet b’rabta ma’ Jum in-Nanniet qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju il-Ħadd, 21 ta’ Lulju, Mons. Anton Cassar, Rettur tas-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, fis-6.15pm se jiċċelebra quddiesa ta’ […]
Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena B
Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. BBQ b’riżq l-esperjenza Missjunarja Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, se jkun hemm il-BBQ fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda organizzat minn grupp ta’ żgħażagħ li se jkun qed jagħmel esperjenza missjunarja fil-Perù, fis-sajf tas-sena d-dieħla. Bookings mis-Sagristija. Jum in-Nanniet u Magħmudija Il-Ħadd li […]
Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B
Magħmudija Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Kors ta’ Kana Nerġgħu nfakkru lill-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin u li għad iridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana, li fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda fit-2 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju […]
Tlettax-il Ħadd matul is-Sena B
Offerta ta’ San Pietru Illum qed issir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lill-Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex il-ħidmiet tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu […]
Tnax-il Ħadd matul is-Sena B
Offerta ta’ San Pietru Is-Sibt u l-Ħadd 29 u 30 ta’ Ġunju, nagħmlu l-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk […]
Ħdax-il Ħadd matul is-Sena B
Jum il-Missier Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Adorazzjoni It-Tlieta 18 ta’ Ġunju fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu Il-Ġimgħa 21 ta’ […]