Festa ta’ Marija Assunta It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am, u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, it-Tnejn filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm. Festa Santa Marija f’Ħal Muxi F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ […]
Author: admin
Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
Trasport għall-velja ta’ Talb Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar it-Tnejn 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Dawk li huma interessati u jixtiequ jattendu ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu. […]
Sbatax-il Ħadd matul is-Sena A
Festa San Ġużepp Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,075. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu. Adorazzjoni Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun […]
Sittax-il Ħadd matul is-Sena A
Jum in-Nanniet Fuq xewqa tal-Papa, dan il-Ħadd qed niċċelebraw Jum in-Nanniet, qrib tal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Għall-quddiesa tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet mal-familji tagħhom. Festa San Ġużepp Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp: Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm […]
Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena A
Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Jum in-Nanniet Il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju, fuq xewqa tal-Papa Franġisku, se jkun qed jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet. Għalhekk il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom. Festa San Filep 2024 Minħabba li […]
Erbatax-il Ħadd matul is-Sena A
Żgħażagħ fl-Albanija Matul din il-ġimgħa grupp ta’ 14-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna se jkunu qed jibdew esperjenza ta’ volontarjat ġewwa l-Albanija flimkien mal-Patrijiet Dumnikani Maltin. Nawgurawlhom għal din l-esperjenza u nżommuhom fit-talb tagħna. Magħmudija Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Kors ta’ Kana Infakkru lil dawk […]
Tlettax-il Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-ġita tal-Polonja Nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju se ssir laqgħa għal dawk li nkitbu għall-ġita tal-Polonja. Il-laqgħa se ssir fis-sala għand is-sorijiet fil-5.00pm. Ġabra għall-Papa Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,300. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ […]
Tnax-il Ħadd matul is-Sena A
L-Offerta ta’ San Pietru Dan il-weekend qed issir il-Ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru […]
Ħdax-il Ħadd matul is-Sena A
Jum il-Missier Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Ġimgħa ta’ Tagħlim Minn nhar it-Tnejn 19 sal-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju, se ssir il-Ġimgħa ta’ Tagħlim organizzata mill-membri tal-MUSEUM fuq iz-zuntier tal-knisja. Il-laqgħat jibdew fis-7.00pm. Kulħadd huwa […]
Festa tal-Patrun tagħna San Filep
Festa tal-Patrun San Filep Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Il-Ħadd fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-Kanonku Dun Joseph Mizzi, bil-paniġierku mill-Kanonku Dun Ryan Lee Pace. Fil-5.30pm Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta fl-4.30pm ikun imiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ San […]