Author: admin

L-Għid il-Ħamsin – Sena B

L-Ewwel Tqarbina Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju u l-Ħadd, 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tfal subien se jsiru  fid-9.00am, filwaqt li tal-bniet fil-5.00pm. Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla. Minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud: Il-Quddiesa tat tfal se tkun fl […]

Lapsi, Tlugħ tal-Mulej fis-Sema – Sena B

Festa Liturġika ta’ San FIlep – 12 ta’ Mejju Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għaċ-ċelebrazzjoni liturġika fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Filep li saret fit-12 ta’ Mejju, niskużaw ruħna li minħabba r-restrizzjonijiet mitluba minnha kellna nħallu xi nies barra. Konvint pero li tifhmu s-sitwazzjoni. Għall-festa li se niċċelebraw f’Ġunju ta’ din is-sena,  qed naraw […]

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena B

Festa San Ġorġ Preca Nhar It-Tnejn, 10 ta’ Mejju se niċċelebraw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Membri tas-Soċjeta tal- Mużew se jqassmu ktejjeb żġħir b’talb u riflessjonjijiet miktuba minn San Ġorġ waqt il- quddies kollu ta’ nhar it-tnejn. Festa San Filep Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Filep, Patrun tagħna. Se […]

Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena B

L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt filgħodu se ssir l-ewwel Qrara liċ-ċkejknin li se jirċievu l-ewwel tqarbina. Il-ġenituri tat-tfal bniet huma mitluba li jġibu lil uliedhom il-Knisja Arċipretali fid-9.00am, filwaqt li l-ġenituri tat-tfal subien huma mitluba li jġibu lil uliedhom fl-10.00am. Il-ġenituri huma mitluba li jiġbru lit-tfal lura f’dawn il-ħinijiet: It-tfal bniet fid-9.45am It-tfal subien fl-10.45am. Seminar  […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena B

Ir-riżenja ta’ Carmelo Borg bħala Sagristan  Is-Sagristan Carmelo Borg, fil-ġranet li għaddew tefa’ ir-riżenja tiegħu bħala sagristan ta’ din il-Knisja. Filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li ta’ matul dawn is-snin li kien ilu sagristan, ġew magħżula Josef Felice u Nathan Falzon biex fuq bażi part-time jgħinu fis-servizzi li jingħataw fil-knisja ta’ kuljum. Intant ir-responsabbiltajiet tas-sagristan għaddew […]

Tielet Ħadd tal-Għid – Sena B

Quddies Live Streaming L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja liż-żgħażagħ tas-sezzjoni IT tal-Kazin San Filep li meta l-Knejjes  kienu magħluqin għall-quddies għall-pubbliku, għinuna biex nitrasmettu l-quddies kuljum live-steaming. Jirringrazzja ukoll lis-sezzjonijiet żgħażagħ tal-Kazin 12 th May u tal- Kazin San Guzepp li flimkien maż-żgħazagħ tal- Kazin San Filep trasmettew il-Quddiesa tad-Duluri u r-Ruzarju, kif ukoll it-Tridu tal-Għid. Grazzi […]

Festa tal-Ħniena Divina – Sena B

Festa tal-Ħniena Divina Quddiesa trasmessa live-streaming fuq il-paġni tat-tliet Każini tal-Banda. Fl-10:00am tingħad il-Kurunella tal-Ħniena Divina, Talba tal-Konsagrazzjoni lil Ħniena Divina u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Ftuħ tal-Knejjes għall-Quddiesa Minn nhar il-Ħadd li ġej se jerġgħu jinfetħu il-knejjes għall-quddies b’xi restrizzjonijiet mitluba minnha. Infakkru li l-Knisja Arcipretali tista’ tilqa’ fiha sa’ 250 persuna għal kull quddiesa. […]

Ħadd il-Għid – Sena B

Kampanja “Ilbes u Itma’” F’isem il-Kummissjoni Djakonija tad-Djoċesi, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li offrew ħwejjeġ u/jew donazzjonjiet fil-kampanja li saret il-ġimgħa l-oħra bit-Tema “Ilbes u  itma’” għall-familji fil-bżonn. Ftuħ tal- Knisja Arċipretali matul din il-ġimgħa It-Tnejn, peress li hemm funeral fit-8:00am, se tkun miftuħa mis 7:00am sa 7:30am. Għall-funeral se tingħata prijorita lil qraba. Filgħaxija […]

Ħadd il-Palm – Sena B

Il-Ġimgħa Mqaddsa Qiegħdin nagħtu bidu għall-aqwa ġimgħa fil-ħajja tal-Knisja, il-Ġimgħa Mqaddsa. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, il-Knisja Arċipretali tiftaħ mis-7:00am sat-8:30am għal talb privat, u mis-6:00pm sas-7:00pm. Tqarbin ma jsirx. Nhar il-Ġimgħa il-Kbira, il-Knisja Arċipretali tiftah mis-7:00am sal-10:00pm għal talb privat. Tqarbin ma jsirx. Sibt il-Għid, il-Knisja Arċipretali tiftaħ mis-7:00am sat-8:30am għal talb privat. Tqarbin ma […]

Il-Ħames’ Ħadd tar-Randan – Sena B

Ħin għat-Talb Il-Knisja arċipretali qed tkun miftuħa għat-talb privat mis-7.00am sat-8.30.am u mis-6.00pm sas-7.00pm. Iċ-Ċenaklu jkun miftuh mis-7.00am sat-8.00pm Ġbir ta’ Ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba Matul din il-ġimgħa fil-ħinijiet li se tkun mifuħa il-Knisja, wieħed jista’ jġib ħwejjeġ tajbin biex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Dan il-ġbir ta’ ħwejjeġ se jkun ikkordinat mit-Taqsima tad-Djakonija  fil-parroċċi  ta’ Caritas […]