Festa tal-Madonna tar-Rużarju Il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Il-Papa Franġisku qiegħed jagħmlilna sejħa biex nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, ikun Jum ta’ Talb u […]
Author: admin
Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Festa tal-Madonna tal-Grazzja Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. (Il-Ħadd filgħodu ikun hemm quddies fis-7.00am u fit-8.30am). Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali. Bidu tal-Katekiżmu Mit-Tnejn 30 ta’ Settembru jibda t-tagħlim tal-Katekiżmu fil-MUSEUM tas-Subien u fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika. Mit-Tnejn 7 ta’ Ottubru jibda l-Katekiżmu fil-MUSEUM tal-Bniet. Rużarju u […]
Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Tberik tal-Baktijiet tal-Iskola Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru fil-Quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tagħhom tal-iskola biex jitbierek. Laqgħat tal-Azzjoni Kattolika Minn nhar l-Erbgħa jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ Erbgħa fid-9.30am fis-sala għand is-sorijiet. Jekk […]
Erbgħa u għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ Marija Addolorata Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Fr Malcolm Saliba. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ma jkunx hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta 17 ta’ Settembru fl-10.00am ikun […]
Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio, wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju […]
Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Adorazzjoni Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Quddiesa u Adorazzjoni s-Seminarju Is-Sibt 14 ta’ Settembru, fil-Kappella tas-Seminarju, ir-Rabat, fil-5.30pm se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. […]
Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Adorazzjoni Nhar il-Ħamis 29 ta’ Awwissu fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Ħarġa Festa tal-Vitorja Se ssir ħarġa għall-Festa tal-Vitorja fil-Mellieħa nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru. Trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Dawk li huma interessati jikkuntattjaw lil Maria Cardona. Nitolbu għal Anthony Borg, Rose Caruana u Joseph Camilleri, li […]
L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Attivita’ għat-tfal f’Ta’ Warda It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, ikollna l-attivita’ għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand […]
Dsatax-il Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ Marija Assunta Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, l-Erbgħa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm. F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Ħal […]
Tmintax-il Ħadd matul is-Sena B
Velja ta’ talb – trasport Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. It-trasport jitlaq fl-4.15pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikellmu lil Joe Micallef (tal-Legion of […]