Author: admin

Komunikazzjoni mill-Parroċċa

L-Arċipriet il-ġdid għas-snin li ġejjin se jkun Fr Albert Buhagiar. Fr Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu tal-1964. Fr Albert serva bħala viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Gżira u fil-Parroċċa taż-Żejtun. Fl-1996 ġie appuntat  segretarju privat tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.  Huwa kien ukoll arċipriet tal-Parroċċi tas-Siġġiewi u tal-Mosta. F’Jannar tal-2017 nħatar bħala Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof. Issa […]

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Ħarġiet għal ħdejn il-baħar Dawn il-ħarġiet ser ikunu organizzati mill-grupp tal-Fundraising u ser isiru nhar ta’ Tlieta fis-2.00pm, tluq minn ħdejn il- posta.  Min hu nteressat ikellem lin-nies tas-soltu Ġabra għall-Papa Il-Ġabra tal-Papa li saret fi tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is-somma ta’ €1200 (li tinkludi  €180 mis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’) Nitolbu għal oħtna li għaddiet […]

Tlettax-il Ħadd Matul is-Sena ‘B’

Tender restawr tal-koppla Infakkru li t-Tender tar-Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali  ġie ppubblikat. Wieħed jista’ jakkwista dan id-dokument mill-website tal-Knisja sas-16 ta’ Lulju 2021. Jekk  xi ħadd jaf b’xi kuntrattur tal-affari tiegħu u kapaċi għal dan ix-xogħol, mħeġġin biex tinfurmawh. Quddies Fis-Sajf Kif nagħmlu f’kull sajf f’Lulju, il-Ħdud filgħaxija jibda’ jkollna quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Il- […]

Tnax-il Ħadd Matul is-Sena B

Festa ta’ San Filep Ilkoll naqblu li ċċelebrajna festa sabiħa fiċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa għaddiet b’wiċċ il-ġid, l-Arċipriet u l-Kleru, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu. Qalb ta’ Ġesu’ Il- Ħadd 20 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Mis-1.30pm il-quddiem, […]

Festa San Filep

Attivitajiet tall-Festa Il-Ħadd, Jum il-Festa, fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni bil-paniġierku mmexxi minn Fr Jesmond Grech. Fis-6.00pm Quddiesa u fis-7.00pm Quddiesa tal-Għeluq tal-Festa, li tingħalaq bil-Barka Sagramentali Quddiesa u preżentazzjoni tat-trabi Nhar il-Ħamis 17 ta’ Ġunju,  bil-Quddiesa fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinforma lill-Arċipriet. Qalb ta’ […]

Corpus Christi

Il-Programm tal-Festa fil-Qosor It-Tnejn, fil-5.30pm, Quddiesa speċjali għat-tfal, Fit-7.45pm, se ssir Quddiesa mtella’ miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali. It-Tlieta, Quddiesa speċjali fid-9:30am, għall-morda u l-anzjani. Fis-7:30pm, Lejla Kulturali u thnedija tal-ktieb fuq l-Istatwa ta’ San Filep: “Fontana’s St Philip of Agira – contextual, stylistic and technical considerations.” Il- ktieb li hu ta’ livell għoli ħafna se jkun […]

L-Għid il-Ħamsin – Sena B

L-Ewwel Tqarbina Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju u l-Ħadd, 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tfal subien se jsiru  fid-9.00am, filwaqt li tal-bniet fil-5.00pm. Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla. Minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud: Il-Quddiesa tat tfal se tkun fl […]

Lapsi, Tlugħ tal-Mulej fis-Sema – Sena B

Festa Liturġika ta’ San FIlep – 12 ta’ Mejju Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għaċ-ċelebrazzjoni liturġika fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Filep li saret fit-12 ta’ Mejju, niskużaw ruħna li minħabba r-restrizzjonijiet mitluba minnha kellna nħallu xi nies barra. Konvint pero li tifhmu s-sitwazzjoni. Għall-festa li se niċċelebraw f’Ġunju ta’ din is-sena,  qed naraw […]

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena B

Festa San Ġorġ Preca Nhar It-Tnejn, 10 ta’ Mejju se niċċelebraw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Membri tas-Soċjeta tal- Mużew se jqassmu ktejjeb żġħir b’talb u riflessjonjijiet miktuba minn San Ġorġ waqt il- quddies kollu ta’ nhar it-tnejn. Festa San Filep Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Filep, Patrun tagħna. Se […]