Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Griżma ta’ l-Isqof

Il-Griżma tal-Isqof  se tkun iċċelebrata f’dawn il-ġranet:

  • L-ewwel Grupp tas-Subien: 2 ta’ Ottubru fis-7.00pm
  • It-tieni Grupp tas-Subien : 3 ta’Ottubru fid-9.00am
  • Bniet li kienu jmorru l-Azzjoni Kattolika: 3 ta’ Ottubru fil-5.00pm
  • Bniet li kienu jmorru il-Mużew tal-Bniet: 10 ta’ Ottubru fil-5.00pm

Il-Kresimandi huma mitluba li jagħżlu l-parrini. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jinġabru kemm mill-Uffiċċju, kif ukoll mis-Sagrsitija jew minn għand il-kappillan ta’ fejn joqgħodu.

Dawk it-tfal li huma entitolati li jagħmlu il-Grizma mitluba li jikkonfermaw dan mall- katekisti tagħhom. Fil-ġranet li ġejjin se nagħtu iktar informazzjoni għall-laqgħat li se jsiru għall-ġenituri, parrini u għall-kresimandi.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Infakkru fir-reġistrazzjonijiet tat-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l- Ewwel Tqarbina. Tfal ta’ ħames snin  għalissa ma jirreġistarawx. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Ħinijiet tal-Uffiċju Parrokkjali

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali li jinstab f’ Misraħ L-Isptar qed jiftaħ: It-Tlieta mid-9.30am sal 11.30am u  il-Ġimgħa mill-430pm sas-6.00pm

Użu tal-maskri fil-knisja

Navżaw li l-maskri għandhom jibqgħu jintlibsu fil-Knisja u jintlibsu sew. Hemm bżonn nibqgħu inħarsu saħħet xulxin.

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Paul Fenech…. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’ – Festa ta’ Santa Marija

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Infakkru li dawk it-tfal li se jibdew il-katekeżi għall-ewwel darba, il-ġenituri tagħhom  huma mitluba li jiġbru l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni mill-uffċċju jew mis-Sagristija. Fil-każ ta’ tfal subien iridu jimtlew żewġt applikazzjonijiet. Għalissa jirregistraw biss dawk it-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Tfal ta’ ħames snin għalissa ma jirreġistrawx.

Navzaw ukoll li jekk hemm xi tfal li qed imorru katekeżi u għadhom qatt ma mlew il-formola ta’ reġistrazzjoni, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tat-tfal tagħhom. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Santi ta’ Tifkira

Dawk li għadhom ma ġabrux is-Santa ta’ Tifkira tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof li saru is-sena l-oħra huma ġentilment mitluba li jiġbruhom mill-uffiċċju parrokjali.

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ it-Tlieta mid-9.30am sal-11.30am u il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm.

Esperjenza għall-abbati Gianluca Vella

Nawguraw lill-abbati Gianluca Xuereb li f’dawn il-ġranet se jkun il-Vatikan biex jgħin lil Mons. Frans Bonnici. Hu se jkun qed jgħin lil numru ta‘ abbatini biex jagħtu servizz fil-Vatikan. Għal Gianluca din hi r-raba’ sena li tiela il-Vatikan. Nifirħulu u nitolbu ghalih.

Dsatax-il Ħadd matul is-sena ‘B’

Sena Kateketika Ġdida

Is-Sena Kateketika din is-sena se tibda F’Ottubru 2021.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Dawk it-tfal li se jibdew il- katekezi għall-ewwel darba, il-Ġenituri tagħhom  huma mitluba li jiġbru l-applikazzjoni tar-registrazzjoni mill-uffċċju jew mis-Sagristija. Fil-każ ta’ tfal subien iridu jimtlew żewġt applikazzjonijiet. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Santi ta’ Tifkira ta’ l-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma ta’ l-Isqof

Dawk li għadhom ma ġabrux is-Santa ta’ Tifkira tal- Ewwel Tqarbina u tal- Grizma tal-Isqof li saru is-sena l-oħra huma ġentilment mitluba li jibruhom mill- uffiċċju.

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ: It-Tlieta mid-9.30am sal 11.30am u  il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm

Ġabra Speċjali

Il-Ġabra Speċjali fi tmiem din il-ġimgħa huwa għall-ispejjez tal-Knisja. Nkunu Ġeneruzi.

Nitolbu għal ħuna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Joseph Falzon…. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tmintax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa ta’ San Ġużepp

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa ta’ San Ġużepp għaddiet b’wiċċ il-ġid ukoll, l-Arċipriet jixtieq jirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu . Grazzi lill-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan għas-sehem tagħhom u lill-benefatturi kollha tal-festa, b’mod speċjali lil numru ta’ benefatturi li bħal snin l-imgħoddija jiġbru somma bejniethom għal din il-festa. Din is-sena inġabru €675. Nirringrazzjaw ukoll it-tim ta’ voluntieri  kollu li għenu lil Nathan Falzon u lil Josef Felice u lil Emanuel Gauci pro-prokuratur, li ħadu ħsieb l-għarmar tal-knisja.

25 sena Saċerdot

Din il-ġimgħa Fr Jesmond Grech ċċelebra il-25 sena mill-ordinazzjoni tiegħu. Nifirħulu u nitolbu għalih.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Philip Caruana u Maria Gauci. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’ – Festa San Ġużepp

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

  • Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju – JUM IL-FESTA:8.00am Quddiesa Kantata Solenni, immexxija mill-Arċipriet Fr. Daniel Cardona u wara l-Vanġelu jintiseġ il-paniġierku fuq San Ġużepp mill-Kan. Fr Reno Muscat O.P.
  • 10.00am Quddiesa bis-sehem tat-tfal
  • 11.00am Quddiesa.
  • 7.00pm Quddiesa Solenni tal-Għeluq tal-Festa u Barka Sagramentali

Kors ta’ Kana

Fadal xi postijiet għal dawk li jixtiequ japplikaw għall-kors ta’ Kana li se jsir f’Ottubru. Infakkru li il- kors ta’ Kana għandu jsir kemm hu possibli tal- inqas sentejn qabel it-tieġ. Min hu interessat l-m applikazzjonijiet mill-uffiċċju parrokkjali.

Ġutnata għal Għawdex

Fil- 5 ta’ Awwissu. Tluq fis-7.00am Min hu interessat ikellem lill-grupp tal-fundraising.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jessie Mifsud Ġanni Dimech u Philip Psaila. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Sittax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

  • Il-Tnejn, 19 ta’ Lulju fit-8.00 pm Quddiesa mtellgħa miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali.
  • Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, TRIDU. Fis-7.00pm Quddiesa bil-priedka, kurunella, innu, antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-priedka tat-Tridu ssir mill-Kan. Fr Michael Galea.
  • Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju – JUM IL-FESTA. Fit-8.00 am Quddiesa Kantata Solenni, mmexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona u wara l-Vanġelu jintiseġ il-paniġierku fuq San Ġużepp mill-Kan. Fr Reno Muscat O.P.
  • Fl-10.00 am, Quddiesa bis-sehem tat-tfal
  • Fil-11.00 am, Quddiesa.
  • Fis-7.00 pm, Quddiesa Solenni tal-Għeluq tal-Festa u Barka Sagramentali.

Ġabra Speċjali

Il-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1264. Nirringrazzjawkom
tal-ġenerozita tagħkom.

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Carmela Chircop. Agħtiha, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem …..

Ħmistax-il Ħadd Matul is-Sena B

Kunsill Pastorali Parrokkjali

It-Tnejn, 12 ta’ Lulju, se jiltaqa’ il- Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30pm . Inħeġġu lill-membri biex jattendu.

Ċertifikati tal-Ewwel tqarbina u tal-Ġrizma

Certifikati  tal-Ewwel tqarbina u tal-Ġrizma li saru s-sena l-oħra jistgħu jinġabru mill-uffiċċju parrokkjali, f’Misraħ l-isptar.

Ilbies tal-maskri

Infakkru li l-maskri jridu jibqgħu jintlibsu anke fil-knisja. Dan biex nibżgħu għas-saħħa ta’ xulxin.

Tilqima kontra il-Covid-19

Inħeġġu li min għadu ma ħax  it-tilqima kontra il- Covid-19 li jagħmel dan.

Ħarġiet għal ħdejn il-Baħar

Kull nhar ta’ Tlieta, fis 2.00pm minn ħdejn il-posta.  Min hu interessat ikellem lin-nies tas-soltu.

Il-Ġabra Speċjali għal din il-ġimgħa huwa b’risq il- Knisja. Inħeġġukom tkunu ġeneruzi.

Komunikazzjoni mill-Parroċċa

L-Arċipriet il-ġdid għas-snin li ġejjin se jkun Fr Albert Buhagiar. Fr Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu tal-1964. Fr Albert serva bħala viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Gżira u fil-Parroċċa taż-Żejtun. Fl-1996 ġie appuntat  segretarju privat tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.  Huwa kien ukoll arċipriet tal-Parroċċi tas-Siġġiewi u tal-Mosta. F’Jannar tal-2017 nħatar bħala Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof.

Issa li tħabbret din in-nomina, jiskatta il-proċess ta’ transizzjoni tal-Parrokkjat tal-Arċipriet Fr Daniel, għal dak ta’ Fr Albert, l-arċipriet il-ġdid.

Din it-transizzjoni (ħandover) se ssir fuq tlett xhur u se ssir hekk:

  • Fr Albert fix-xahar ta’ Lulju se jagħti handover lil ta’ warajh, fejn kien qed iservi bħala Rettur tas-Seminarju.
  • Fix-xahar ta’ Awwissu wara li jieħu ftit ġranet ta’ mistrieħ, tibda’ il- handover min-naħa ta’ Fr Daniel li se tikkonsisti f’diversi  laqgħat ma’ l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet, l-Għaqdiet u l-gruppi fi ħdan il-parroċċa.

Fr Daniel se jibqa’ amministratur tal-Parroċċa sas-17 ta’ Ottubru 2021, fejn dakinhar fis-7.00pm jiċċelebra  l-aħħar quddiesa ta’ radd il-Ħajr lil Alla u lill-poplu Żebbuġi.

Fr Albert imbagħad jieħu l-amministrazzjoni tal-Parroċċa f’idejh u eventwalment titħabbar id-data meta b’mod uffiċċjali jieħu il-pusses tal-Parroċċa. Tajjeb li nilqgħu b’qalb miftuħa lill-Arċipiriet il-ġdid meta jibda’ jiġi fostna.

Fr Daniel jixtieq jirringrazzja lil kull min ċempillu, kelmu jew bagħtlu messaggi, kemm personali  kif ukoll fuq il-midja soċjali, ta’ apprezzament għall-ħidma tiegħu f’dawn il-ġranet issa li qed joqrob lejn it-tmiem il-parrokkjat tiegħu.

Fr Daniel se jkun għal numru ta’ xhur fuq żmien sabbatiku, fejn ser jagħmel diversi esperjenzi pasotrali fi xtutna, u barra minn xtutna.

Inħabbru wkoll li se jkollna viċi-arċipriet ġdid ukoll li se jibda’ jservi fil-parroċċa tagħna. Il-viċi-Arċipriet il-ġdid se jkun Fr Mario Dimech, mis-Siġġiewi, li għal dawn l-aħħar 10 snin serva bħala viċi-Arċipriet fil-parroċċa tal-Mellieħa.  Fr Mario għandu jingħaqad magħna ukoll minn Awwissu.

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Ħarġiet għal ħdejn il-baħar

Dawn il-ħarġiet ser ikunu organizzati mill-grupp tal-Fundraising u ser isiru nhar ta’ Tlieta fis-2.00pm, tluq minn ħdejn il- posta.  Min hu nteressat ikellem lin-nies tas-soltu

Ġabra għall-Papa

Il-Ġabra tal-Papa li saret fi tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is-somma ta’ €1200 (li tinkludi  €180 mis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’)

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Rosaria Chircop Agħtiha, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tlettax-il Ħadd Matul is-Sena ‘B’

Tender restawr tal-koppla

Infakkru li t-Tender tar-Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali  ġie ppubblikat. Wieħed jista’ jakkwista dan id-dokument mill-website tal-Knisja sas-16 ta’ Lulju 2021. Jekk  xi ħadd jaf b’xi kuntrattur tal-affari tiegħu u kapaċi għal dan ix-xogħol, mħeġġin biex tinfurmawh.

Quddies Fis-Sajf

Kif nagħmlu f’kull sajf f’Lulju, il-Ħdud filgħaxija jibda’ jkollna quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Il- bqija il-quddies jibqa’ bħas-soltu.

Fannijiet Fil- Knisja

Il- Fannijiet fil-Knisja qiegħdin hemm biex jintużaw. Jekk xi ħadd idejqu il-fan isib post il-bogħod mill-fan u mhux jitfih. Napprezzaw il-kooperazzjoni tagħkom u għas-sens komun.

Ilbies fil-Knisja

Nifhmu issa li s-sħana bdiet tikkarga sew, pero mportanti li fil- Knisja niġu liebsa bi lbies li jixraq id-dar ta’ Alla.

Flimkien Lulju 2021

Ngħarrfukom li l-magazin Flimkien ta’ Lulju, għalkemm għadu mhux qed jitqassam fid-djar, minn dan ix-xahar tistgħu terġgħu ssibuh fil-bieb tal-knisja. Jekk jogħġobkom tieħdux aktar minn kopja waħda kull familja, għax in-numru huwa limitat.

Min irid jista’ jaqra dan il-magażin online billi. jagħfas hawn

Il-Ġabra speċjali għal din il-ġimgħa hija għall-Papa.