Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena B

Ir-riżenja ta’ Carmelo Borg bħala Sagristan

 Is-Sagristan Carmelo Borg, fil-ġranet li għaddew tefa’ ir-riżenja tiegħu bħala sagristan ta’ din il-Knisja. Filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li ta’ matul dawn is-snin li kien ilu sagristan, ġew magħżula Josef Felice u Nathan Falzon biex fuq bażi part-time jgħinu fis-servizzi li jingħataw fil-knisja ta’ kuljum. Intant ir-responsabbiltajiet tas-sagristan għaddew lill-Arċipriet. Naprezzaw li jekk ikun hawn min jixtieq jgħin bħala voluntier fl-armar u xogħol ieħor fil-parroċċa, importanti li jkellem lill-Arċipriet.

Festa San Filep

Filwaqt li qed nistennew fil-ġranet li ġejjin id-direttivi ta’ kif se jiġu ċċelebrati il- Festi din is-sena, il-ħsieb tagħna hu li din is-sena il-festa ta’ ġewwa se niċċelebrawha kif nagħmlu s-soltu, minbarra l-ħruġ solenni, fil-ġimgħa li tintemm fit-13 ta’ Ġunju. Kif tistgħu tindunaw bdejna narmaw id-damask.

Il-Festa tinvolvi diversi spejjeż, inkluż l-orkestra u spejjeż oħra. Għaldaqstant naprezzaw il-ġenerożita’ tagħkom.

Dixxiplina fil-mogħod kif inpoġġu fil-bankijiet tal-Knisja

Importanti li nibqgħu nibżgħu għas-saħħa ta’ xulxin. Għaldaqstant infakkru li:

  • Fuq kull bank hu ndikat li joqgħodu tlett persuni. F’kaz ta’ bubble li joqogħdu fl-istess dar, jistgħu joqogħdu kollha f’bank wiehed. Jistgħu joqogħdu wkoll żewġt koppji fit-trufijiet ta’ kull bank.
  • Min jiġi tard u ma jsibx post bilqiegħda  fejn indikat, jieħu ftit paċenzja u joqgħod bilwieqfa
  • Infakkru wkoll li meta niġu biex ninżlu fuq irkobbtejna, jekk ta’ quddiemek ma jagħmilx l-istess, trid iżżomm id-distanza u ma tinżilx.

Napprezza il-kooperazzjoni tagħkom.

Ġabra Speċjali

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, se ssir il-ġabra speċjali għall-ispejjeż tal-Knisja u  tal-Festa. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi.

Tielet Ħadd tal-Għid – Sena B

Quddies Live Streaming

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja liż-żgħażagħ tas-sezzjoni IT tal-Kazin San Filep li meta l-Knejjes  kienu magħluqin għall-quddies għall-pubbliku, għinuna biex nitrasmettu l-quddies kuljum live-steaming. Jirringrazzja ukoll lis-sezzjonijiet żgħażagħ tal-Kazin 12 th May u tal- Kazin San Guzepp li flimkien maż-żgħazagħ tal- Kazin San Filep trasmettew il-Quddiesa tad-Duluri u r-Ruzarju, kif ukoll it-Tridu tal-Għid. Grazzi tassew.

Quddiesa

Issa li reġgħu nfetħu il-Knejjes għall-Quddies , infakkru li dejjem għandna nirrispettaw r-restrizzjonijiet mitluba minnha.

Infakkru li l-Knisja Arċipretali tista’ tilqa’ fiha sa’ 250 persuna għal kull quddiesa. Għaldastant, nħeġġukom biex  ma titilfux din l-opportunita’ li niltaqgħu fil-kommunitajiet tagħna biex nitolbu flimkien.

Ħinijiet tal-Quddies

  • Il- Ħadd  – 7.00, 8.00, 9.00,10.00 (tat-Tfal) u 11.00 am u 6.00 u 7.00pm
  • Mit-Tnejn sal- Ġimgħa  – 6.00am, 7.00am,8.00am u 7.00pm
  • Is-Sibtijiet 7.00 u 8.00 am u 5.30 u 7.00pm

Sakemm navzaw mod ieħor, l-għaqdiet ma għandhomx jiltaqgħu fiżikament.

Nitolbu għall-ħuna Philip Bugeja li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtih O Mulej id-dawl ta’ dejjem.

Festa tal-Ħniena Divina – Sena B

Festa tal-Ħniena Divina

Quddiesa trasmessa live-streaming fuq il-paġni tat-tliet Każini tal-Banda.

Fl-10:00am tingħad il-Kurunella tal-Ħniena Divina, Talba tal-Konsagrazzjoni lil Ħniena Divina u nagħlqu bil-Barka Sagramentali.

Ftuħ tal-Knejjes għall-Quddiesa

Minn nhar il-Ħadd li ġej se jerġgħu jinfetħu il-knejjes għall-quddies b’xi restrizzjonijiet mitluba minnha. Infakkru li l-Knisja Arcipretali tista’ tilqa’ fiha sa’ 250 persuna għal kull quddiesa. Filwaqt li s-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu 75 persuna.

Għaldaqstant, nħeġġukom biex ma titilfux din l-opportunita’ li niltaqgħu fil-kommunitajiet tagħna biex nitolbu flimkien.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Knisja Arċipretali

  • Mit-Tnejn tal- Ġimgħa: 6:00am, 7:00am, 8:00am u 7:00pm
  • Sibtijiet: 7:00am, 8:00am u 5:30pm u 7:00pm
  • Il-Ħadd:  7:00am, 8:00am, 9:00am, 10:00am (tat-Tfal) u 11:00am u 6:00pm u 7.00pm

Matul din il-ġimgħa il-Knisja Arċipretali se tkun miftuħa f’dawn il-ħinijiet:

  • Mit-Tnejn tas-Sibt fis 7:00am sat-8:30am u mis-6:00 sas-7:00pm.
  • Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.

Nitolbu għall-ħutna Joseph Mifsud, Alfred Mifsud u Johann Mifsud, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej id-dawl ta’ dejjem.

Ħadd il-Għid – Sena B

Kampanja “Ilbes u Itma’”

F’isem il-Kummissjoni Djakonija tad-Djoċesi, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li offrew ħwejjeġ u/jew donazzjonjiet fil-kampanja li saret il-ġimgħa l-oħra bit-Tema “Ilbes u  itma’” għall-familji fil-bżonn.

Ftuħ tal- Knisja Arċipretali matul din il-ġimgħa

  • It-Tnejn, peress li hemm funeral fit-8:00am, se tkun miftuħa mis 7:00am sa 7:30am. Għall-funeral se tingħata prijorita lil qraba. Filgħaxija bejn  is-6:00pm u s-7:00pm.
  • Mit-Tlieta sas-Sibt, mis-7:00am sa 8:30am u mis-6:00 sa 7:00pm. Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.
  • Il-Ħadd, il- Knisja Arċipretali tiftah mi-7:00am sal-10:00am  u mis-6:00pm sa 7:00pm, għal talb privat. Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.

Ħniena Divina

Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina.

Nitolbu għall-oħtna Maria Arena li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtiha O Mulej id-dawl ta’ dejjem.

Ħadd il-Palm – Sena B

Il-Ġimgħa Mqaddsa

Qiegħdin nagħtu bidu għall-aqwa ġimgħa fil-ħajja tal-Knisja, il-Ġimgħa Mqaddsa.

  • Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, il-Knisja Arċipretali tiftaħ mis-7:00am sat-8:30am għal talb privat, u mis-6:00pm sas-7:00pm. Tqarbin ma jsirx.
  • Nhar il-Ġimgħa il-Kbira, il-Knisja Arċipretali tiftah mis-7:00am sal-10:00pm għal talb privat. Tqarbin ma jsirx.
  • Sibt il-Għid, il-Knisja Arċipretali tiftaħ mis-7:00am sat-8:30am għal talb privat. Tqarbin ma jsirx.
  • Ħadd il-Għid, Il-Knisja Arċipretali tiftaħ mis-7:00am sal-10:00am għal talb privat. Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.

Nitolbu għall-ħutna Mary Chircop, Emanuel Abela, Joseph Xuereb, Paul Zammit u Karmnu Attard li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej id-dawl ta’ dejjem.

Il-Ħames’ Ħadd tar-Randan – Sena B

Ħin għat-Talb

Il-Knisja arċipretali qed tkun miftuħa għat-talb privat mis-7.00am sat-8.30.am u mis-6.00pm sas-7.00pm.

Iċ-Ċenaklu jkun miftuh mis-7.00am sat-8.00pm

Ġbir ta’ Ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba

Matul din il-ġimgħa fil-ħinijiet li se tkun mifuħa il-Knisja, wieħed jista’ jġib ħwejjeġ tajbin biex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Dan il-ġbir ta’ ħwejjeġ se jkun ikkordinat mit-Taqsima tad-Djakonija  fil-parroċċi  ta’ Caritas Malta. Nappellaw li min għandu ħwejjeġ żejda u li jaħseb li mhux ser jagħmel użu minnhom, jista’ jippreżentahom biex jingħataw lil min hu fil-ħtieġa.

Jum id-Duluri

Nhar il-Ġimgħa, niċċelebraw il-jum għażiż tad-Duluri. Tkun ħaġa qaddisa jekk dakinhar insumu. Minn Jum id-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, għandna nosservaw ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Għalhekk tistgħu tagħtu l-offerta tagħkom fil-kaxxi ta’ maġenb il-bibien ta’ barra.

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena B

Direttivi rigward miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19 mill-11 ta’ Marzu sal-11 ta’ April 2021 

L-Isqfijiet qed joħorġu dawn id-direttivi bi qbil ma’ l-awtoritajiet tas-saħħa. Ksur ta’ dawn il-miżuri jista’ jipperikola s-saħħa pubblika:

M’għandha ssir ebda attività miftuħa għall-pubbliku, inkluż attivitajiet reliġjużi,  għajr dawk stipulati f’dawn id-direttivi.  Il-knejjes jistgħu jibqgħu miftuħa għall-qima tal-pubbliku u jista’ jkun hemm  Ġesù espost. M’għandux ikun hemm talb komunitarju organizzat għal dawk li  jattendu, inkluż il-barka sagramentali.  

Waqt li l-knisja tkun miftuħa għandu jkun hemm min jara li kull min jidħol ma  jkollux temperatura ta’ 37.2°C jew għola, japplika sanitiser u jara li ma jinqabiżx in-numru massimu ta’ persuni permissibbli fil-knisja (persuna għal  kull 4 metri kwadri). Dawk li jitolbu li jirċievu l-Ewkaristija jistgħu jitqarbnu. Madankollu m’għandux  ikun hemm mument għat-tqarbin organizzat.  Is-sagrament tal-qrar jista’ jibqa’ jiġi amministrat kemm-il darba jibqgħu  jinżammu l-miżuri stabiliti.  

Għaldaqstant, il-Knisja Arċipretali se tkun miftuħa għal talb privat mis-7:00am – 8:30.am, u mis-6:00pm – 7:00pm

Iċ-Ċenaklu se jkun miftuħ mis-7:00am – 8:00pm

Funerali 

Il-Funerali jistgħu jsiru bil-quddiesa meta dawn ikunu presente cadavere. 

Il-funerali għandhom isiru b’osservanza stretta tal-miżuri kollha stipulati  għall-quddies u b’numru ristrett ta’ nies. 

Il-kapaċità massima ta’ dawk li jattendu m’għandiex tkun aktar minn persuna  waħda għal kull erba’ metri kwadri tal-ispazju tal-knisja u mhux aktar minn mitt  (100) persuna inkluż is-saċerdoti u dawk li qed jagħtu servizz. Biex dan jitħares  għandhom jinħarġu biljetti minn qabel biex jitqassmu minn tal-familja. Nies  mingħajr biljett m’għandhomx jitħallew jidħlu. 

 Kif tintemm il-quddiesa joħorġu s-saċerdot, it-tebut, u dawk li ħa jakkumpanjaw  il-korteo għaċ-ċimiterju. Il-kumplament tan-nies preżenti għall-quddiesa  għandhom joħorġu mill-knisja ġaladarba l-korteo jkun telaq u ma jiqfux jitkellmu  bejniethom.  

 Żwiġijiet 

Iż-żwiġijiet jistgħu jsiru b’osservanza stretta tal-miżuri kollha stipulati għall-quddies, u b’numru ristrett ta’ nies. 

Il-kapaċità massima ta’ dawk li jattendu m’għandiex tkun aktar minn persuna  waħda għal kull erba’ metri kwadri tal-ispazju tal-knisja u mhux aktar minn mitt  (100) persuna li jinkludu l-għarajjes, ix-xhieda, u l-persuni l-oħra li jassistu lill għarajjes. Biex dan jitħares għandhom jinħarġu biljetti minn qabel biex  jitqassmu minn tal familja. Nies mingħajr biljett m’għandhomx jitħallew jidħlu. 

 Magħmudijiet 

Rigward talbiet biex is-sagrament tal-magħmudija jigi amministrat lit-trabi,  nħeġġu lill-ġenituri li dan ir-rit jiġi ċċelebrat mal-qraba u l-komunità parrokkjali.  Dan jista’ jseħħ kemm-il darba s-sagrament jiġi ċċelebrat wara l-11 ta’ April  2021.  

Madankollu, jista’ jkun hemm każ fejn il-ġenituri ma jħossux li jkun opportun li  wieħed jistenna li jgħaddi dan iż-żmien biex issir il-magħmudija. F’dawn  il-każijiet għandu jsir biss ir-rit tal-magħmudija (mingħajr il-quddiesa jew liturġija  tal-Kelma). Fil-knisja għandu jkun hemm biss is-saċerdot, it-tarbija, il-ġenituri u  ħut it-tarbija, u l-parrini. Bħala prevenzjoni, ir-rit ma għandux jieħu fit-tul.  

Infakkru li hu importanti ħafna li anki f’dawn iż-żminijiet jibqgħu jiġu osservati  l-proċeduri rikjesti tas-soltu.

Nitolbu għall-ħutna Carmen Bigeni, Carmela Psaila, Mary Lucy Micallef, Charlie Galea u Peter Attard li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej id-dawl ta’ dejjem.

It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena B

Kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd

Se jkun organizzat fil- Knisja Arċipretali jibda’ t-Tnejn, 8 ta’ Marzu, wara il-quddiesa tas-6.30pm. Imexxi dan il-Kors Fr Reuben Micallef, Kappillan ta’ Pembroke.

Ġabra għas-Seminarju

Fi Tmiem il-Ġimgħa li ġejja se ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju. Is-Seminarju huwa l-post fejn jitħejjew is-saċerdoti ta’ għada. Dejjem kellna għal qalbna dan il-post. Għalhekk bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. Din is-sena mhux se jkollna seminaristi fostna għax in-numru ta seminaristi fis-seminarju naqqas ħafna. Għaldaqstant inħeġġukom titolu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali. 

Quddiesa Padre Pio

Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arċipretali fil-5.00pm

Ħarġet direttiva mill- Kurja li laqgħat ta’ gruppi ġew sospiżi kollha sal-11 ta’ April. Din tinkludi laqgħat tal-Azzjoni Kattolika, tal-Legjun ta’ Marija, taż-Żagħżagh ta’ Warda, eċċ.

Fratellanza San Ġuzepp

Min jixtieq jinkiteb fil-fratellanza ta’ San Ġużepp , iħalli ismu mall-Arċipriet

Donazzjonijiet

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja numru ta’ benefatturi li b’donazzjonijiet separati matul din il-ġimgħa għaddewlna €1,400 għall-bżonnijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli.   Grazzi u nitolbu għalihom.

Nitolbu għall-ħutna Ġuża Farrugia u Charlene Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena B

Eżerċizzi Spiritwali Għall-Koppji

Jibdew minn nhar it-Tnejn li ġej, fil- Knisja Arċipretali wara il-Quddiesa tas-6:30pm. Il-kors se jmexxieħ Fr Brendan Gatt. Inħeġġu lill-koppji biex ma jitilfux dan il-kors ta’ eżercizzi.

Kors ta’ Eżerċizzi Għal Kulħadd

Dan il-kors se jkun organizzat fil-Knisja Arċipretali bejn it-8 u t-12 ta’ Marzu, wara il-quddiesa tas-6:30pm. Imexxi dan il-kors Fr Reuben Micallef, Kappillan ta’ Pembroke.

Donazzjonijiet

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja erba’ benefatturi li b’donazzjonijiet separati matul din il-ġimgħa għaddewlna €700 għall-bżonijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli . Grazzi u nitolbu għalihom.

Nitolbu għall-ħutna Filippa Zammit u Grace Cachia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena B

Eżerċizzi Spiritwali Għall-Koppji

Bejn 1 u 5 ta’ Marzu2021, se jiġi organizzat kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għall-Koppji. Il-Kors se jmexxih Fr Brendon Gatt. Inħeġġu lill-koppji biex ma jitilfux dan il-Kors ta’ eżerċizzi.

L-Ewwel Tqarbina 2021

L-Ewwel tqarbina din is-sena se ssir fuq zewġt Ħdud: 30 ta’ Mejju 2021 u 6 t’ Gunju 2021. 
L-Ewwel Tqrbina għat-tfal Subien se ssir fid-9.00am filwaqt li għall-bniet se ssir fil-5.00pm.

Proġett Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali.

Ġejna allokati  Fondi Ewropej biex isir ir-restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali . Ħajr lill-Onerevoli Aaron Farrugia li għina biex dawn il-fondi jkunu allokati lill-Parroċċa. Bħalissa il-Perit Mario Ellul qed jaħdem fuq it-tender, li jekk il- bambin irid, fil-ġimgħat li ġejjin toħroġ sejħa għall-offerti. Dan il-proġett se jkun ikkordinat mill-Fondzzjoni għall-Patrimonju Kulturali  tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Bħala parroċċa aħna ukoll irridu noħorġu s-sehem tagħna. Nirringrazzjawkom dejjem tal-ġenerożita’ tagħkom.

Donazzjoni

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja ukoll lill-benefattrici li tagħtna €1,000 għall-bżonnijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli .   

Nitolbu għall-ħutna Ġużeppi Pisani, Alexander Zammit McKeon,  Carmelo Seguna, Nina Ciantar u Alfred Galea, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-ħajja ta’ dejjem.